Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119453
Title: Lejn deċiżjonijiet 2 : diffikultajiet marbuta mal-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti
Authors: Farrugia, George
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Foreign elements
Maltese language -- Foreign elements -- English
Maltese language -- Grammar
Issue Date: 2014
Publisher: Id-Dipartiment tal-Ilsien Malti tal-Kummissjoni Ewropea
Citation: Farrugia, G. (2014). Lejn deċiżjonijiet 2 : diffikultajiet marbuta mal-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti. L-Aċċent, 11, 5-13
Abstract: M'għandniex nistagħġbu li faktar minn mitejn sena ta' kuntatt mal-Ingliż daħal fi lsienna bosta kliem minn din il-lingwa, kliem li xi wħud minnu jintuża b'mod limitat f`oqsma speċjalizzati, kliem ieħor li jkun qeda l-funzjoni efimera tiegħu u li maż-żmien twarrab għal xi raġuni jew oħra, u kliem li lużu tiegħu huwa mifrux ħafna foqsma varji u fost setturi differenti tal-poplu Malti. Il-fatt li llum bosta Maltin jafu sew l-Ingliż u l-fatt li l-mezzi ta' komunikazzjoni huma tant b' saħħithom, qegħdin bla dubju jħaffu u jiffaċilitaw dan il-proċess ta' tislif ta' kliem mill-Ingliż fil-Malti. Hawn min iqis din l-invażjoni ta' kliem Ingliż bħala l-fattur ewlieni li se jwassal il-Malti għall-qerda tiegħu u hawn min jikkunsidraha bħala opportunità li qed tarrikkixxi lil ilsienna u mezz ta' kif nistgħu nitkellmu u niktbu fuq oqsma ġodda li qabel kienu aljeni għalina. Wara kollox, kien hemm żmien fejn imqar l-Ingliż innifsu kellu jissellef mijiet ta' kliem minn lingwi oħra biex ikopri kunċetti marbuta ma' oqsma differenti bħal, ngħidu aħna, l-amministrazzjoni, il-liġi, ir-reliġjon, il-militar, l-ikel u x-xorb, il-moda, l-arti, ix-xjenza u t-tagħlim. Imma l-għan ta' din il-ktiba mhuwiex fuq jekk għandniex inqisu l-Ingliż bħala theddida jew bħala barka mis-sema għal ilsienna; l-għan huwa kif se niktbu bil-Malti l-kliem li qed nissellfu minn din il-lingwa - suġġett li għal dawn l-aħħar għoxrin, tletin sena qajjem mistoqsijiet, diskussjonijiet u kultant anke polernika. Dan l-artiklu ma joffrix soluzzjonijiet għall-kitba ta' dan il-kliem imma jsaqsi bosta mistoqsijiet u fx_i każi, isemmi possibbiltajiet li tajjeb li jkunu kkunsidrati qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet finali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119453
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lejn_deċiżjonijiet_2.pdf3.56 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.