Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119476
Title: Mill-Arkivji : Programme 26 : Joan Abela
Authors: D'Anastas, Noel
Abela, Joan
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Abela, Joan, 1963-
Notarial Archives (Valletta, Malta)
Notarial Archives Foundation (Valletta, Malta)
Mdina Metropolitan Archives (Mdina, Malta)
Issue Date: 2023-04-09
Citation: D'Anastas, N. & Abela, J. (2023, April 09). Mill-Arkivji : Programme 26 : Joan Abela [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-9 ta’ April 2023, se niltaqgħu ma’ Dr. Joan Abela, il-fundatriċi u l-president tal-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili. Mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili, Dr. Abela tat kontribut sħieħ biex dan l-arkivju ma jibqax mitluq iżda jkun ċentru ta’ riċerka u promozzjoni ta’ eluf ta’ atti notarili. Hija qedgħa wkoll membru fil-bordijiet arkivistiċi, dak tal-Arkivji Nazzjonali, kif ukoll l-Arkivju tal-Kattidral. Hija lettur anzjan fil-Fakulta tal-Arti fid-Dipartiment tal-Istorja kif ukoll fid-Dipartiment tal-Istorja Legali u l-Metodi għar-riċerka fil-Fakulta tal-Liġi. Għandha dottorat fl-istorja maritima mill-Università ta’ Exeter, u fl-2013 rebħet unur prestiġjuż mill-Kummissjoni Brittanika għall-Istorja Maritima għal aħjar teżi tad-dottorat. Hija awtur ta’ diversi papers akkademiċi kif ukoll pubblikazzjonijiet interessanti. Fl-2018, Joan Abela ngħatat l-Ordni Nazzjonali tal-Mertu minħabba x-xogħol attiv tagħha fl-Arkivju Notarili. Joan ħa tirrakonta meta kienet studenta tal-istorja u daħlet l-ewwel darba f’arkivju, propju dak tal-Katidral biex tirriċerka xi dokumenti tal-Inkwiżizzjoni. Tgħid li għamlet nofs siegħa tħares lejn id-dokument biex tipprova taqra kelma. Kif kompla l-vjaġġ? L-ewwel teżi tagħha għall-Baċċelerat iġġib l-isem ta’ “A window on early hospitaller Malta : a study of the acts of notary Placido Abela 1557-1558”. Għala għażlet li tistudja dan in-nutar? Kien propju minn hawn li rat il-bżonn li l-Arkivju Notarili fi Triq San Kristoforu l-Belt jeħtiġlu l-attenzjoni li veru jixraqlu. Issemmi xi ħbieb li flimkien waqqfu l-Fondazzjoni. Tgħid ukoll li bis-saħħa t’hekk tnedew proġetti għall-konservazzjoni tal-volumi, fosthom ir-restawr tal-Kantilena. Ir-riċerka tagħha ħaditha f’arkivji oħra, inkluż fis-sezzjoni tal-Qrati u Tribunali fil-Banca Giuratale fl-Imdina, arkivju li jinsab taħt l-Arkivji Nazzjonali. Iġġib il-memorji tar-riċerka tagħha fil-fondi tal-Consolato del Mare, u fondi oħra li wassluha għat-teżi tad-dottorat.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119476
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 26 Dr Joan Abela edited 9 APRIL 2023.mp3101.74 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.