Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119581
Title: Mill-Arkivji : Programme 32 : Katja Zahra Camilleri
Authors: D'Anastas, Noel
Zahra Camilleri, Katja
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Zahra Camilleri, Katja, 1987-
Kollezzjoni Programmi tal-Festa
University of Malta. Library. Junior College Library
Libraries -- Special collections -- Local history
Libraries -- Special collections -- Malta
Library materials -- Digitization -- Malta
Cataloging of special collections in libraries
Issue Date: 2023-05-21
Citation: D'Anastas, N. & Zahra Camilleri, K. (2023, May 21). Mill-Arkivji : Programme 32 : Katja Zahra Camilleri [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistiedna tal-lum fil-programm ‘Mill-Arkivji’tal-21 ta’ Mejju 2023 hi Katja Zahra Camilleri li hija librar bi professjoni fil-librerija tal-Junior College fi ħdan l-Università ta’ Malta. Hija ħa tkellimna dwar il-kollezzjoni kbira ta’ kotba u annwali ta’ programmi tal-festa, kwantità kbira li kull sena dejjem qed tiżdied. Katja ssemmi l-ħidma li jagħmlu l-librara sħabha biex jiġbru, jikkompilaw, jikkatalogaw, u jippreservaw dawn il-programmi taħt saqaf wieħed bil-għan li jkunu aċċessibli u konsultati. Tgħid li parti mill-ħidma tagħhom hija li jagħmlu diġitiżazzjoni ta’ wħud mill-artikli fost l-aktar interessanti propju wara li jiflu fid-dettal kull ktieb li jasal għandhom. Dawn l-artikli diġitiżati huma aċċessibli wkoll fis-sit tal-librerija tal-Università. Katja tagħti dettalji interessanti dwar l-eqdem programmi tal-festa li jmorru lura bosta snin ilu, aktar ukoll minn 75 sena ilu. Tgħid li barra l-kotba tal-programmi tal-festa, għandhom ukoll ġabriet interessanti ta’ fuljetti, ġurnali u anke santi li nħarġu matul iż-żmien b’rabta mal-festi partikolari. Fihom tara l-progress tal-festa, l-istampar, ir-reklami u l-ispiża tal-festa. X’kien qed jinħareġ fiż-żmien il-pandemija tal-Covid? Fost programmi mill-aktar interessanti nsibu dak maħruġ għall-festa tal-Qalb ta’ Ġesu f’Kemmuna fl-1938. Barra dawn il-programmi, il-librerija għandha wkoll rivisti li jmorru snin ilu, bħal Il-Furjana, Tabor u oħrajn. Magħhom insibu wkoll kommemorazzjonijiet li nħarġu biex jikkomemoraw xi anniversarju.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119581
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 32 Katja Zahra Camilleri edited 21 MAY 2023.mp384.4 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.