Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119680
Title: Mill-Arkivji : Programme 33 : Mario Thomas Vassallo
Authors: D'Anastas, Noel
Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Vassallo, Mario Thomas
National Archives of Malta (Rabat, Malta)
Cultural property -- Malta
Malta -- Politics and government -- History -- British occupation, 1800-1964
Visitations, Ecclesiastical -- Malta -- History
Issue Date: 2023-05-28
Citation: D'Anastas, N. & Vassallo, M.T. (2023, May 28). Mill-Arkivji : Programme 33 : Mario Thomas Vassallo [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-28 ta’ Mejju 2023 huwa Dr Mario Thomas Vassallo li huwa lettur anzjan u l-kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika fil-Fakulta tal-Ekonomija, Immaniġjar u Kontabilità. Mario Thomas Vassallo ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-1995, 1996 u 1999, jispeċjalizza fil-politika pubblika u l-istudji Ewropej. Fl-2014, kien mogħti d-dottorat fil-politika mill-Università ta’ Sheffield. Ir-riċerka tad-dottorat tiegħu tikkonċerna l-Ewropizzazzjoni ta' gruppi volontarji u s-sehem tagħhom fit-tfassil tal-politika. Għal ħdax-il sena, Vassallo stabbilixxa karriera professjonali ta' suċċess fit-telekomunikazzjoni f'Malta. Huwa kien Maniġer fir-riżorsi umani. Mill-2007 Vassallo ingħaqad mal-Università ta’ Malta. Huwa wkoll superviżur u eżaminatur għat-teżijiet. L-interessi ewlenin tar-riċerka tiegħu jinkludu l-globalizzazzjoni, l-istrutturi u l-proċessi ta’ governanza, u s-soċjetà ċivili. Huwa qarrej tal-provi akkreditat u ċċertifikat fil-lingwa Maltija. Ipproduċa u ppreżenta bosta programmi tar-radju fuq diversi stazzjonijiet lokali. Vassallo għandu interess kbir fl-isfera kulturali, fejn huwa involut f'għaqdiet volontarji li jippromwovu l-kultura u l-lingwa Maltija. Dr Mario Thomas Vassallo huwa awtur ta’ diversi kotba u papers akkademiċi. Mario Thomas Vassallo se jkellimna dwar ir-riċerka li għamel inkluż fuq diversi fondi arkivistiċi li nsibu fl-Arkivju Nazzjonali, dawk li jiddokumentaw l-attività amministrattiva, u l-kommunikazzjoni bejn Malta u l-Ingilterra. Nitkellmu wkoll dwar il-Visti Pastorali tal-Isqfijiet Balaguer, Cocco Palmieri u De Bussan kif ukoll dwar l-istatwarju Karlu Darmanin. Fost id-diskussjoni kliemna jaqa’ fuq il-films u l-mużika fil-politika - “Kollox politika?” Nitkellmu wkoll dwar il-bosta pubblikazzjoni li kiteb. Dr Vassallo jagħmel referenza għat-taħriġ li jagħti l-istudenti għall-imħabba u l-interess lejn ir-riċerka u s-sabiħ tal-Arkivji
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119680
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 33 Dr Mario Thomas Vassallo edited 28 MAY 2023.mp357.29 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.