Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119683
Title: | Mill-Arkivji : Programme 36 : Raymond Mangion |
Authors: | D'Anastas, Noel Mangion, Raymond |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Mangion, Raymond, 1959- Law -- Malta -- History Law -- Sources Constitutional law -- Malta -- History University of Malta. Faculty of Laws -- Biography University of Malta. Faculty of Laws -- History Malta -- Politics and government -- History Collective memory -- Malta |
Issue Date: | 2023-06-25 |
Citation: | D'Anastas, N. & Mangion, R. (2023, June 25). Mill-Arkivji : Programme 36 : Raymond Mangion [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-25 ta’ Ġunju 2023, se jkun il-Professur Raymond Mangion. Lil Prof Mangion rajnieh u smajnieh kemm-il darba jwassal it-tagħrif vast tiegħu fil-midja lokali. Huwa avukat u għandu dottorat mill-Universita ta’ Malta, kif ukoll dottorat mill-Università ta’ Oxford fl-istorja legali. Għandu wkoll maġisteru fl-istorja mill-Università ta’ Malta. Mangion huwa Professur fil-Fakulta tal-Liġi fl-Università ta’ Malta. Mangion huwa awtur ta’ diversi studji li nħarġu f’pubblikazzjonijiet. Fl-2019 ġie maħtur fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu għas-sehem kbir li ta f’dan il-qasam. Fl-2020 inħatar Chairman tal-Kunsill għall-Arkivji Nazzjonali. Il-Prof Mangion huwa espert fil-memorja kollettiva. Il-Prof Mangion ħa jkellimna fuq diversi oqsma fosthom l-iżvilupp Kostituzzjonali ta’ Malta, il-Professuri li għallmu l-Liġi Internazzjonali fil-Fakulta tal-Liġi fl-Università ta’ Malta matul is-snin, l-erba’ ġenerazzjonijiet tad-Drittijiet Umani, kif ukoll il-gradwati tal-liġi tal-1922. Ikellimna wkoll fuq il-pubblikazzjoni ta’ stejjer orali mir-residenti ta’ San Vinċenz, kif ukoll il-pubblikazzjoni oħra dwar Palazzo Ferreria. Bla dubju, il-Prof Mangion jitkellem ukoll dwar is-sehem ta’ diversi Prim Ministri Maltin, ir-rabta bejn Mintoff u Dr Gorg Borg Olivier; Dr Nerik Mizzi, it-Tabib Pawlu Boffa u Dr Eddie Fenech Adami fost ħafna personaġġi oħra. Ma jonqos il-vjaġġ estensiv f’dik li hija memorja kollettiva u l-istudju tal-familji Maltin. Il-Professur Mangion, bħal żiffa ħelwa, kapaċi jieħdok minn suġġett għall-ieħor u jżommok tisma’. |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/119683 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 36 Prof Raymond Mangion edited 25 JUNE 2023.mp3 | 83.21 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.