Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120190
Title: | L-akkwist tal-ġens grammatikali minn studenti fil-livell sekondarju fit-tagħlim tal-Malti lingwa barranija |
Authors: | Ciantar, Kyleen (2023) |
Keywords: | Maltese language -- Study and teaching -- Malta Maltese language -- Study and teaching -- Foreign speakers Education, Secondary -- Malta School children -- Malta Maltese language -- Grammar Maltese language -- Gender Interlanguage (Language learning) |
Issue Date: | 2023 |
Citation: | Ciantar, K. (2023). L-akkwist tal-ġens grammatikali minn studenti fil-livell sekondarju fit-tagħlim tal-Malti lingwa barranija (Master’s dissertation). |
Abstract: | It-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija (MLB), huwa kunċett relattivament riċenti. Din ir-riċerka saret biex titfa’ dawl fuq l-aspett grammatikali tal-ġens sabiex l-edukaturi jifhmu aħjar l-interlingwa tal-istudenti tal-MLB. L-għanijiet ta’ din id-dissertazzjoni huma tnejn: l-ewwel nett l-analiżi tal-interlingwa ta’ studenti internazzjonali tal-MLB, li ssir biex nifhmu aħjar kif huma jassenjaw il-ġens lil nomi b’etimoloġiji differenti; u t-tieni biex nifhmu d-diffikultajiet li jsibu u l-għajnuniet li jeħtieġu l-istudenti u l-għalliema tal-MLB b'mod ġenerali. Nifhmu l-esperjenza tagħhom tat tagħlim tal-MLB u l-interlingwa li l-istudenti jibnu, filwaqt li nanalizza wkoll id-differenza li jista’ jkun hemm skont l-etimoloġija tan-nom u l-lingwa nattiva tal-istudent. Dawn l-għanijiet nilħaqhom billi nagħmel użu minn żewġ għodod ta’ riċerka, jiġifieri l-intervisti ma’ studenti u għalliema tal-MLB, kif ukoll fuljett ta’ assessjar li kien fih disa’ eżerċizzji grammatikali maħsubin biex jikxfu l-interlingwa fil-qasam tal-ġens tan-nom. Fl-ewwel paġna tal-fuljett, l-istudenti kienu mitluba jimlew xi dettalji bħall-pajjiż nattiv, il-lingwi li jitkellmu, u xi mistoqsijiet ġenerali fuq it-tagħlim tal-Malti fost dettalji oħra sabiex inkun nista’ nifhem aħjar xi għażliet li għamlu fil-bqija tal-eżerċizzji. |
Description: | MTL(Melit.) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120190 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2023 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2318EDUEDU500105065910_1.PDF | 6.28 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.