Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120195
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-03-22T11:57:28Z-
dc.date.available2024-03-22T11:57:28Z-
dc.date.issued2023-
dc.identifier.citationCaruana, P. P. (2023). It-tagħlim dwar il-festi lil studenti tal-Malti bħala lingwa barranija (Master’s dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120195-
dc.descriptionMTL(Melit.)en_GB
dc.description.abstractSa minn ċkuniti, minn dejjem ħassejt ġibda u mħabba speċjali lejn it-tagħlim tal-lingwa Maltija. Hu proprju għalhekk li l-vjaġġ edukattiv tiegħi komplejtu saħansitra fl-Università ta’ Malta. L-għażla li nkun għalliem, nistqarr li ma kinitx minn dejjem. Iżda wara xi żmien li kelli x-xorti naħdem mat-tfal, stajt niskopri iżjed li x-xogħol ta’ għalliem joffri xi ħaġa speċjali. Dan għaliex, permezz ta’ dan ix-xogħol, inkun qiegħed naqsam u nwassal l-għarfien li naf jien lil għadd ta’ studenti. Barra minn hekk, dan mhux biss xogħol, imma wkoll vokazzjoni li tlaqqagħna ma’ diversi esperjenzi differenti. It-taħriġ prattiku għeni iżjed sabiex nikkonferma li dan ix-xogħol mhux biss nixtiequ iżda wkoll kapaċi nagħmlu. Iż-żieda ta’ studenti internazzjonali f’dawn l-aħħar snin ġabet magħha l-ħtieġa li jiġi introdott it-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija (MLB), u din il-ħtieġa qed tiżdied saħansitra b’rata mgħaġġla (Żammit, 2021). Dan stajt ninnutah saħansitra fl-esperjenza li kelli bħala student-għalliem u waqt l-osservazzjonijiet li għamilt, fejn iż-żewġ skejjel li ħdimt fihom, kienu jipprovdu dan it-tagħlim. Hemm stajt ninnota kemm dawn l-istudenti huma għatxana għat-tagħlim tal-Malti u komplew jispirawni sabiex noħloq riżorsi li jiffaċilitawlhom it-tagħlim tal-MLB. Għaldaqstant, fid-dissertazzjoni tiegħi, ħassejt li jkun għaqli jekk nagħti l-kontribut tiegħi u ngħin sabiex inkabbru r-riżorsi speċjalment ir-riżorsi diġitali għax aktar ma jmur, aktar qed tiżdied it-talba għalihom (Gatt, 2017). Barra minn hekk, peress li dan hu kunċett pjuttost riċenti, ir-riżorsi huma limitati. Minħabba li d-dissertazzjoni tal-Baċellerat bl-Unuri fil-Malti kont għamiltha dwar il-festa tal-Karnival f’Malta, xtaqt li nkompli nibni u nittratta din it-tema u festi oħra li jiġu ċċelebrati mhux biss lokalment iżda wkoll internazzjonalment. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi u dawn it-temi, nemmen li l-istudenti mhux biss ser jitgħallmu vokabolarju ġdid u jipprattikaw iżjed il-Malti, iżda ser iħossuhom jappartjenu iżjed fit-tagħlim tal-Malti, għax huma festi ċċelebrati kullimkien, u jista’ jkun b’modi differenti, kif jirriżulta saħansitra mir-riżorsi nfushom. It-tagħlim ta’ lingwa barranija hu ta’ benefiċċju għal diversi fatturi, fosthom soċjali, għax dawn l-istudenti permezz tal-MLB ikunu jistgħu jikkomunikaw u jsibuha iżjed faċli sabiex jintegraw malajr fis-soċjetà (D’Astoli, 2016) Maltija. Ma jonqosx ukoll, li dawn ir-riżorsi għandhom jenfasizzaw iżjed l-idea tal-multikulturaliżmu u l-interkulturaliżmu billi l-istudenti ser jiġu esposti għal firxa wiesgħa ta’ tradizzjonijiet varji. B’hekk, jitrawwem fihom iżjed ir-rispett reċiproku lejn il-kulturi ta’ xulxin. Dan il-punt jisħaq fuqu Vygotsky li jistqarr li l-kuntest soċjali u kulturali huma importanti fit-tagħlim tal-lingwa (McLeod, 2023).en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Study and teaching -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Study and teaching -- Foreign speakersen_GB
dc.subjectTeachers -- Maltaen_GB
dc.subjectEducational innovations -- Maltaen_GB
dc.subjectStudents, Foreign -- Maltaen_GB
dc.subjectFeasts, Religious -- Malta -- Study and teaching -- Audio-visual aidsen_GB
dc.subjectCarnival -- Malta -- Study and teaching -- Audio-visual aidsen_GB
dc.titleIt-tagħlim dwar il-festi lil studenti tal-Malti bħala lingwa barranijaen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Educationen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCaruana, Peter Paul (2023)-
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2318EDUEDU500105065484_1.PDF
  Restricted Access
18.75 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.