Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120253
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-03-25T13:00:15Z-
dc.date.available2024-03-25T13:00:15Z-
dc.date.issued2023-
dc.identifier.citationMuscat, A. (2023). L-innijiet tal-għaqdiet Maltin: ġabra u analiżi (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120253-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractDin it-teżina ser titratta l-qasam tal-innijiet tal-għaqdiet Maltin u Għawdxin għaliex dan huwa qasam tat-tradizzjoni orali li ftit ġie trattat f’testi akkademiċi. Minħabba f’hekk, xtaqt li nimla l-vojt permezz ta’ riċerka estensiva f’dan il-qasam. Xtaqt li nistudja dawn l-innijiet għaliex huma tradizzjoni li għandha għeruq sodi fl-istorja ta’ pajjiżna u jkun ta’ għajb kbir kieku jintilfu darba għal dejjem, kif qed jiġrilhom ħafna innijiet u elementi tat-tradizzjoni orali oħra. Barra minn hekk, jiena membru ta’ banda fil-Mosta u b’hekk għandi ċertu qrubija għal dan il-qasam. Minkejja dan, fl-għaqda partikolari li nappartjeni magħha jien l-innu jindaqq biss filwaqt li aktar ma jmur iż-żmien, il-lirika qed tintesa għaliex ma titkanta qatt għajr għal f’xi okkażjoni speċjali. Dawn l-innijiet huma differenti minn tipi oħra ta’ mużika vokaliċi għaliex minbarra li jħallu impatt fuq il-membri tal-għaqda nfushom, jħallu impatt wkoll fuq is-semmiegħa kollha tiegħu permezz ta’ fenomeni differenti. F’din it-teżina ffukajt fuq: • Id-definizzjoni u l-etimoloġija tal-idea u tal-kelma Innu, kemm fil-Malti kif ukoll fit-Taljan u fl-Ingliż • L-isfond storiku li fih bdew jinbtu dawn l-għaqdiet diversi kif ukoll l-isfond storiku li fih inkibbu diversi innijiet ta’ dan il-qasam. • It-temi komuni li nsibu fil-ġeneri kollha bħalma huma t-tifħir lejn entità jew persuna • It-temi distinti tal-ġeneri differenti b’eżempji minn numru żgħir ta’ innijiet rapreżentattivi li għażilt mill-ġabra tiegħi. • It-tekniċi figurattivi li huma tipiċi f’dawn l-innijiet Minħabba l-fatt li f’Malta għandna ammont sostanzjali ta’ għaqdiet li jħaddnu innu speċifiku, kien hemm bżonn li jintgħażlu ċertu ġeneri li trattajt f’din it-teżina. Dawn huma l-innijiet tal-baned, innijiet iddedikati lill-qaddisin patruni, jew l-innu popolari, linnijiet tal-iskejjel, l-innijiet politiċi, l-innijiet nazzjonali u l-innijiet sportivi. Dawn il-ġeneri mhumiex il-ġeneri kollha ta’ innijiet li nsibu fil-Gżejjer Maltin iżda għażilt li nitratta dawn għaliex filwaqt li għandna numru sostanzjali minnhom, huma distinti minn xulxin biżżejjed li jidhru b’mod ċar id-differenzi fil-lirika, fit-temi u fl-istil tagħhom. Apparti dawn l-innijiet li trattajt jien f’din it-teżina, insibu wkoll numru ta’ innijiet li jintużaw f’diversi movimenti u promozzjonijiet, kif ukoll innijiet fil-qasam reliġjuż. Wara ġabra estensiva ta’ madwar 120 innu, għażilt li niffoka fuq dawn l-oqsma u għażilt xi innijiet li għandhom il-karatteristiċi tipiċi biex ikunu rappreżentazzjoni talġeneru tagħhom. F’Malta, l-għaqdiet saru parti mill-ħajja ta’ diversi persuni għaliex f’diversi lokalitajiet madwar il-gżejjer nsibu għadd kbir ta’ għaqdiet li jinkludu każini tal-baned, għaqdiet sportivi u parroċċi b’patruni differenti. Tradizzjonalment, dawn l-għaqdiet ikollhom kollezzjoni vasta ta’ kant u marċi iżda l-aktar li jispikka huwa l-innu trijonfali li fih iħaddan il-valuri u fehmiet li jidhru bħala prijorità għal dik l-għaqda speċifika. Dawn linnijiet jistgħu jinqasmu f’diversi ġeneri differenti li jitrattaw aspetti u temi differenti minn xulxin iżda, fil-qofol tagħhom, għandhom funzjoni waħda; li jfaħħru lil dik l-entità speċifika. Funzjonijiet oħra li jista’ ikollhom dawn l-innijiet jistgħu jvarjaw minn pika u kompetizzjoni għal talb u dan jiddependi mit-tip ta’ għaqda li huma ddedikati għalihom. Dawn l-innijiet tipikament huma magħmula minn mużika u lirika iżda llum xi wħud minnhom għadhom jindaqqu mingħajr ma jitkantaw. Dan huwa dnub kbir għaliex din il-lirika normalment tkun miktuba minn poeti kbar li jkollhom ċertu relazzjoni ma’ dik l-għaqda jew ma’ dik il-lokalità u jistgħu jitqiesu bħala patrimonju kemm ta’ dik l-għaqda speċifika, kif ukoll għal-lokalità u għan-nazzjon. Fl-istorja ta’ dawn l-innijiet, speċjalment qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, kien hawn tradizzjoni li jinkitbu bit-Taljan u dan kien isir għaliex filwaqt li t-Taljan kien meqjus bħala l-lingwa l-għolja, il-Malti kien meqjus bħala l-lingwa l-baxxa. Aktar tard, kien hawn diversi sforzi sabiex l-innijiet li kienu diġà miktuba jinqalbu mit-Taljan għall-Malti. Dan ixxogħol kien isir minn diversi dilettanti bħalma hu Dun Frans Camilleri li kien jittraduċi ħafna innijiet reliġjużi ta’ diversi lokalitajiet. Minbarra dan, dawn l-innijiet tal-għaqdiet ivarjaw ukoll fl-istili għaliex għandna innijiet b’ton solenni u b’rittmu aktar kajman li jixbhu l-innijiet reliġjużi u għandna innijiet b’ton aktar ċelebrattiv u b’rittmu aktar mgħaġġel li jissejħu inni-marċi. L-inni-marċi huma partikolari għaliex iħalltu flimkien ċertu karatteristiċi li huma tipiċi fl-innu u karatteristiċi li huma tipiċi għal marċ. Kif żvela Mro. Manoel Pirotta fl-intervista li għamiltlu, dan isir permezz ta’ elementi ta’ marċ fil-bidu u fit-trio tiegħu filwaqt li fil-partijiet l-oħra, dan l-innu-marċ jieħu l-elementi tal-innu. Dawn l-istili differenti huma dipendenti mill-ġeneru iżda mhux għalkollox. L-innijiet sportivi jidhru b’mod esklussiv bħala inni-marċi għaliex minħabba l-ambjent li jintużaw fih, it-ton ċelebrattiv huwa essenzjali filwaqt li l-innijiet tal-iskejjel, l-innijiet politiċi u l-innijiet politiċi jidhru bħala innijiet b’ton aktar solenni u dan ukoll jiddependi mill-ambjent li fihom jintużaw. L-innijiet tal-baned u l-innijet tal-glorja (ddedikati lill-qaddisin) huma daqxejn differenti għaliex jużaw iż-żewġ stili sabiex l-innografi jgħaddu l-messaġġ mixtieq.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectHymns -- Maltaen_GB
dc.subjectHymns -- Analysis, appreciationen_GB
dc.subjectSocieties -- Maltaen_GB
dc.titleL-innijiet tal-għaqdiet Maltin : ġabra u analiżien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMuscat, Annemarie (2023)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2023
Dissertations - FacArtMal - 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2308ATSMAL300005072649_1.PDF
  Restricted Access
1.43 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.