Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120438
Title: Mill-Arkivji : Programme 39 : Rachel Grillo u James Licari
Authors: D'Anastas, Noel
Grillo, Rachel
Licari, James
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Grillo, Rachel
Licari, James, 1980-
Homosexuality -- Malta -- History
Gender identity -- Malta -- History
Transgender people -- Malta -- History
Saunders, Katya, 1957-2019
Sexual minorities -- Malta -- History
Mifsud, Rosaria, 1754-1793
Schembri, Maria, 1864- 1922
Intersex people -- Malta -- History
Bond, Brigitte, 1944?- . Blue Beat Baby
Issue Date: 2023-10-22
Citation: D'Anastas, N., Grillo, R. & Licari, J. (2023, Ottubru 22). Mill-Arkivji : Programme 39 : Rachel Grillo u James Licari [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tat-22 ta’ Ottubru 2023 niltaqgħu ma’ żewġ mistiednin impjegati f’Heritage Malta. James Licari li huwa konservatur, restawratur u riċerkatur, u Rachel Grillo li hija l-ko-ordinatur fis-sezzjoni tar-riċerka fi ħdan l-istess aġenzija. Rachel Grillo u James Licari se jkellmuna fuq ir-riċerka li saret għall-wirja [Be]Loved Malta: Stories of Sexual and Gender Identity li ttellgħat fil-Main Guard, il-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Euro Pride. Grillo u Licari għamlu riċerka kumplessa u intensiva fuq xenarju li sa ftit tal-jiem ilu ftit li xejn konna nafu dwaru. Rachel Grillo se tgħidilna fuq l-identità ta’ Luca Lo Pogio, storja li tmur fil-bidu tas-seklu 17. Tal-istess seklu, nisimgħu r-rakkont fuq Anna Zammit. X’kienet l-istorja ta’ Rosaria Mifsud (1754-1793) li saret Rosario? Min kienet Maria Schembri li wara ġiet identifikata bħala Mario Schembri? James Licari jiffoka fuq John Baptist Francia u William Nathaniel Fenton li għexu matul is-seklu l-ieħor. Tispikka l-istorja ta’ Brigitte St John, imwielda Malta u fil-bidu tas-sittinijiet telqet lejn l-Ingilterra u kellha karriera li ħalliet impatt qawwi, saħansitra rrekordjat żewġ kanzunetti, waħda minhom hija ‘Blue Beat Baby’. Kif inhi l-istorja ta’ Brigitte St John u x’impatt ħalliet fuq Katya Saunders? Dawn l-istejjer jinsabu miktuba b’ritratti esklussivi fil-ktieb ‘[Be] loved Malta: Stories of Sexual and Gender Identity’ ippubblikat minn Heritage Malta.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/120438
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 39 Rachel Grillo - James Licari edited 22 Oct 2023.mp384.23 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.