Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121341
Title: Mill-Arkivji : Programme 42 : Marco Galea
Authors: D'Anastas, Noel
Galea, Marco
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Galea, Marco, 1968-
Theater -- Malta -- History
Performing arts -- Malta -- History
Drama -- Malta -- History
Ebejer, Francis, 1925-1993
University of Malta. School of Performing Arts -- Archives
Issue Date: 2023-11-19
Citation: D'Anastas, N. & Galea, M. (2023, November 19). Mill-Arkivji : Programme 42 : Marco Galea [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tad-19 ta’ Novembru 2023 niltaqgħu fil-qrib mar-riċerka u l-istudji li għamel il-Prof Marco Galea dwar it-teatru Malti. Il-Prof Marco Galea studja fl-Università ta’ Malta u fid-Dipartiment tad-Drama u l-Arti Teatrali tal-Università ta’ Birmingham fejn ġie mogħti PhD fl-2004. Huwa rriċerka u ppubblika dwar l-istorja tat-teatru Malti, il-letteratura Maltija, u t-teatru postkolonjali. Bejn l-2005-2007 kien President ta' L-Akkademja tal-Malti (Għaqda Kittieba Maltin) li matulu l-organiżazzjoni Maltija ġiet aċċettata fil-Kunsill tal-Kittieba Ewropej. Id-dramm tiegħu li jiċċelebra l-ħajja u x-xogħlijiet ta’ Francis Ebejer, ‘Għażiż Francis’, kellhu prestazzjoni ta’ success fl-2007 u fis-sena ta’ wara waqt il-Malta International Arts Festival. Huwa kien lettur fl-Istitut tal-Mediterran fl-2010 biex jgħallem l-Istudji Teatrali. Huwa kien strumentali fit-twaqqif u t-tmexxija tal-Arkivju Diġitali ta' School of Performing Arts, proġett li jistinka biex jiddokumenta l-istorja tal-prestazzjoni f’Malta u jagħmilha disponibbli għar-riċerkaturi. F’Ottubru tal-2021 inħatar Kap tad-Dipartiment tal-Istudji Teatrali fl-Universita ta’ Malta. Il-Prof Marco Galea ħa jgħidilna fil-qosor dwar l-istorja tat-teatru Malti u min fejn għamel ir-riċerka tiegħu għat-teżi tad-dottorat, kif ukoll għal diversi pubblikazzjonijiet li għamel. Min kien M’Ang Borg? X’kontribut ta lit-teatru? Naraw il-firxa tat-teatrini madwar Malta, anke wkoll fis-swali tal-kappillan. Iġib il-memorji ta’ meta kienu jsiru l-kompetizzjonijiet tad-drammi fl-Imġarr. Min kien għalieh Francis Ebejer? X’impatt ħalla fit-teatru modern? Kif tinħass is-sens ta’ identita’ Maltija fix-xogħlijiet tiegħu, u x’inhu l-aktar xogħol li jogħġob lill-Prof. Marco Galea? Il-Prof Galea jgħidilna wkoll x’qed isir fi ħdan l-Arkivju Diġitali ta’ School of Performing Arts biex l-istorja tal-prestazzjoni f’Malta tkun preservata u disponibbli għar-riċerkaturi.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121341
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 42 Prof Marco Galea edited 19 NOV 2023.mp385.71 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.