Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121519
Title: Mill-Arkivji : Programme 47 : Rakele Fiott
Authors: D'Anastas, Noel
Fiott, Rakele
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Fiott, Rakele
Children -- Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Youth -- Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Children -- Legal status, laws, etc. -- Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Abandoned children -- Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Foundlings -- Malta -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Issue Date: 2023-12-31
Citation: D'Anastas, N. & Fiott, R. (2023, December 31). Mill-Arkivji : Programme 47 : Rakele Fiott [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm 'Mill-Arkivji' tal-31 ta' Diċembru 2023, se nerġgħu niltaqgħu ma' Rakele Fiott li kienet magħna fit-tieni programm ta’ 'Mill-Arkivji' f’Ottubru tal-2022. Rakele hija għalliema żgħażugħa li tħobb l-istorja, b’mod partikulari l-istorja ta’ Malta b’enfasi għal żmien l-Ordni. Hija gradwata mill-Universita ta' Malta. It-teżi tal-Baċċellerat tagħha tittratta dwar wieħed minn nutara tas-seklu 18, b’enfasi fuq il-mara, l-ekonomija u l-interazzjoni soċjali fis-soċjeta skont kif hemm miktub fl-atti tan-nutar Barnardo Maria Callus, propju fit-tieni volum iddatat 1746-1748. Għandha wkoll Maġisteru fl-Istorja b’suġġett interessanti ħafna - it-tfal f’Malta fis-seklu 18 li dwaru Rakele se tkellimna fid-dettal ta' kif għamlet ir-riċerka tagħha u tagħtina ħjiel dwar id-dokumenti li sabet. Rakele titkellem dwar it-titlu tat-teżi tagħha ‘Puellæ et pueri : aspects of the lives of children and young people in eighteenth-century Malta (c.1740s-1790s)’. Għala għażlet dan il-perjodu partikolari? X’ kienet id-dinamika tal-Qrati fit-tieni nofs tas-seklu 18? Kif kienet tħares il-Qorti lejn it-tfal u x’kienet il-kriminalita tat-tfal? Fejn l-aktar bħala belt jew raħal? Subien jew bniet? Titkellem ukoll fuq tfal mitluqa jiġġerrew fit-toroq, abbandunati u r-rota ta’ Santu Spirtu. Min kien qed jieħu ħsiebhom dawn it-tfal? Hija tgħid li r-riċerka għamlitha minn fuq il-libri tal-carcerati, suppliki mit-Tribunali u Qrati taż-żmien l-Ordni ta’ San Ġwann li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali (Banca Giuratale fl-Imdina); xi proċessi kriminali li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali; l-Arkivju Notarili u l-Arkivju tal-Ordni fil-Bibljoteka Nazzjonali.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121519
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 47 Rakele Fiott edited 31 Dec 2023.mp386.3 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.