Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121526
Title: Mill-Arkivji : Programme 50 : Vincent Caruana Gauci
Authors: D'Anastas, Noel
Caruana Gauci, Vincent
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Caruana Gauci, Vincent
Żabbar (Malta) -- History
Soċjetà Filarmonica ‘Maria Mater Gratiae’ (Żabbar, Malta)
Micallef, Giuseppe, 1854-1914
Mary, Blessed Virgin, Saint -- Crowning of images -- Malta -- Żabbar
Issue Date: 2024-01-21
Citation: D'Anastas, N. & Caruana Gauci, V. (2024, January 21). Mill-Arkivji : Programme 50 : Vincent Caruana Gauci [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-21 ta’ Jannar 2024, ħa nitkellmu mas-Sur Vincent Caruana Gauci dwar ir-riċerka li għamel għall-pubblikazzjoni tiegħu dwar il-ġrajjiet tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ ta’ Ħaż-Żabbar. Is-Sur Vincent Caruana Gauci huwa edukatur u assistent surmast ta’ skola. Ilu involut sa minn età żgħira fil-volontarjat f’bosta għaqdiet Żabbarin, kemm bħala membru u għalliem fi ħdan is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, kif ukoll f’diversi kumitati tal-parroċċa. Ġie affiljat bħala soċju sussidjarju mas-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiæ fl-2004 fejn serva f’diversi kumitati, fosthom bħala Segretarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ, Viċi President u Assistent Segretarju tal-Kumitat Eżekuttiv u Chairman tal-Bord għall-bdil tal-Istatut tas-Soċjetà. Ilu jikkontribwixxi b’artikli riċerkati għall-pubblikazzjoni annwali tas-Soċjetà u jservi wkoll bħala editur ta’ din il-pubblikazzjoni. Fl-2019 il-Kumitat Eżekuttiv ħatar lis-Sur Caruana Gauci bħala soċju onorarju tas-Soċjetà. L-irwoli attwali tiegħu fis-Soċjetà huma varji u jinkludu l-kitba u r-riċerka, il-banda, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-akkwist ta’ fondi pubbliċi għas-Soċjetà. Vincent Caruana Gauci ħa jkellimna dwar it-twaqqif tal-banda, il-ħidma ta’ Mro. Giuseppe Micallef (1854-1914), l-Inkurunazzjoni tat-Titular tal-Madonna tal-Grazzja, u t-tradizzjoni tat-teatrini fil-bitħa tal-każin. Caruana Gauci jsemmi l-esperjenzi ta’ riċerka li għamel mid-dokumenti tac-Chief Secretaries to Governor (CSG) fl-Arkivji Nazzjonali, u bosta gazzetti fil-Bibljoteka Nazzjonali flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121526
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 50 Vincent Caruana Gauci edited 21 JAN 2024.mp386.24 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.