Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121610
Title: Il-Kult lejn San Filippu Neri fir-raħal tal-Qrendi
Authors: Azzopardi, Nicholas
Keywords: Neri, Filippo, Saint, 1515-1595 -- Cult -- Malta -- Qrendi
Qrendi (Malta) -- History
Confraternities -- Malta -- Qrendi -- History
Issue Date: 2018
Publisher: Qrendi : Soċjetà Filarmonika Lourdes
Citation: Azzopardi, N. (2018). Il-Kult lejn San Filippu Neri fir-raħal tal-Qrendi. Leħen is-Soċjetà Filarmonika Lourdes, Qrendi, festa 2018, 99-103
Abstract: L-iskop ta' dan l-istudju huwa li jispjega fil-qosor l-istorja tal-kult lejn San Filippu Neri fir-raħal tal-Qrendi u r-rabta bejn dan il-Qaddis u l-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta' Lourdes. Meta l-Kappillan Dun Pietru Pawl Xuereb fl-1878 waqqaf l-Venerabbli Konfraternità tal-Beata Verġni Immakulata ta' Lourdes ġewwa l-Qrendi huwa għażel lil San Filippu Neri biex ikun il-Protettur ta' din il-Konfraternità ġdida. Hawnhekk forsi tiġina f'moħħna din il-mistoqsija; "Fuq liema kriterju, il-Kappillan Xuereb għażel lill-qaddis San Filippu Neri biex jieħu ħsieb spiritwalment din il-Konfraternità li kienet it-tarbija tiegħu?" Għalkemm bħall-qaddisin l-oħra kollha tal-Knisja Kattolika, San Filippu Neri kellu devozzjoni kbira lejn Marija Santissima, mhemmx rabta diretta bejn San Filippu Neri u l-Madonna ta' Lourdes. Madankollu naħseb li kien hemm rabta bejn il-qaddis San Filippu Neri u l-Kappillan Dun Pietru Pawl Xuereb. Hawn irridu niftakru li Dun Pietru Pawl Xuereb kien mill-Isla.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121610
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Nicholas Azzopardi 2018 Kult San Filippu Neri fir-raħal tal-Qrendi.pdf2.85 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.