Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121792
Title: | Daħla [Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika] |
Other Titles: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika |
Authors: | Vassallo, Mario Thomas |
Keywords: | Politics and literature -- Malta -- History – 21st century Speeches, addresses, etc. Politicians -- Malta Discourse analysis |
Issue Date: | 2023 |
Publisher: | Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
Citation: | Vassallo, M.T. (2023). Daħla [Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika]. In M.T. Vassallo & M. Spagnol (Eds.), Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 4-5). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
Abstract: | Il-kelma. Il-qawwa tal-kelma. B’kelma nista’ niġbdek jew nimbuttak. B’kelma nista’ nqanqal il-folla, inkella nnaffarha. Il-qawwa tal-kelma hija tali li biha nista’ ngħarrax rewwixta billi noħroġ lin-nies fit-toroq, inkella nista’ nsensel kunsens u nħeġġeġ biex dak li jkun jagħraf il-ħtieġa tal-kompromess. Tiskanta kemm għemejjel u emozzjonijiet jirriżultaw mill-kelma. Il-politiku jaf sewwa l-qawwa tal-kelma għax lilha juża bħala għodda biex iwassal il-messaġġ tiegħu. B’politiku m’aħniex nifhmu biss dawk il-ftit li jirnexxilhom jiksbu siġġu fil-Parlament Malti jew Ewropew, imma wkoll dawk li jinsabu jipparteċipaw fil-ħajja demokratika ta’ pajjiżna. Jiġuna f’moħħna r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali bħalma huma t-trade unions u l-għaqdiet tal-impjegati, il-movimenti tas-soċjetà ċivili, il-Knisja u l-bqija. Dawn l-esponenti lkoll jiddependu u, fl-istess waqt, jinqdew bil-kelma biex jasserixxu rwieħhom fil-ħajja pubblika. Biha jridu jikkomunikaw, jipperswadu, jikkonsultaw, jinnegozjaw, jiddibattu, jikkonflinġu, jirraġunaw, inkella jbellgħulna r-ross bil-labra jekk mhux ukoll jgħodduna ta’ Ġaħan. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121792 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEMAPP |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.