Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121997
Title: L-użu tat-teknoloġija u t-tagħlim tal-Malti waqt il-COVID-19 : l-esperjenza ta’ erba’ għalliema li jgħallmu fl-ewwel snin tal-primarja
Authors: Camilleri, Charlene (2024)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Primary) -- Malta
Educational technology -- Malta
Computer-assisted instruction -- Malta
COVID-19 Pandemic, 2020- -- Malta
Issue Date: 2024
Citation: Camilleri, C. (2024). L-użu tat-teknoloġija u t-tagħlim tal-Malti waqt il-COVID-19: l-esperjenza ta’ erba’ għalliema li jgħallmu fl-ewwel snin tal-primarja (Master's dissertation).
Abstract: Il-pandemija tal-COVID-19 ġiet fuqna ħabta u sabta u laqtet bosta setturi, inkluż dak taledukazzjoni (UNESCO, 2020), fost oħrajn bl-għeluq tal-iskejjel li wassal għat-tagħlim online. F’dan il-punt, it-teknoloġija kienet is-soluzzjoni li l-għalliema kellhom iduru għaliha (Busuttil & Farrugia, 2020). Apparti t-tagħlim online, l-istudenti u l-għalliema esperjenzaw ukoll il-ftuħ tal-iskejjel mill-ġdid imma bir-resrizzjonijiet imposti mis-Supretendent tas-Saħħa. L-iskop ta’ dan l-istudju kwalitattiv kien li bis-saħħa tal-intervisti ma’ erba’ għallliema tat-tieni sena talprimarja jinvestiga l-isfidi/u jew l-opportunitajiet li sabu ma’ wiċċhom l-għalliema, kif ukoll l-istrateġiji li użaw għat-tisħiħ tal-ħiliet tat-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba bl-użu tat-teknoloġija matul il-pandemija. Bis-saħħa tal-analiżi tematika, ir-riċerkatriċi identifikat sitt temi komuni li għenuha twieġeb il-mistoqsijiet tar-riċerka. Kif kien mistenni, it-teknoloġija ddominat għat-tagħlim tal-Malti, speċjalment waqt it-tagħlim online, għalkemm l-għalliema integrawha b’ livelli differenti. Mir-riżultati ħarġet l-importanza tas-sapport mill-kollegi u lġenituri. Minn naħa l-oħra fil-klassi bir-restrizzjonijiet, għalkemm is-sitwazzjoni kienet aktar tixbah dak li mdorrijin bih, xorta ħarġu sfidi u/jew opportunitajiet ġodda fosthom l-isfida tad-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. Fl-aħħar mill-aħħar, jidher ċar li l-pandemija ħolqot sfidi akbar għall-għalliema tas-snin bikrin peress li l-istudenti tagħhom huma żgħar.
Description: MTL(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/121997
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2418EDUEDU500105061938_1.PDF
  Restricted Access
2.84 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.