Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122441
Title: Id-dritt Ewropew fis-sistema legali Maltija wara għoxrin sena ta' sħubija
Other Titles: Malta u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea : 2014-2024
Authors: Sammut, Ivan
Authors: Court of Justice of the European Union (Luxembourg)
Keywords: Law -- European Union countries
Court of Justice of the European Union -- Rules and practice
Anniversaries
International and municipal law -- Malta
Issue Date: 2024
Publisher: Court of Justice of the European Union - Luxembourg
Citation: Sammut, I. (2024). Id-dritt Ewropew fis-sistema legali Maltija wara għoxrin sena ta' sħubija. In Court of Justice of the European Union (Luxembourg) (Ed.), Malta u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea : 2014-2024 (pp. 57-64). Luxembourg: Court of Justice of the European Union.
Abstract: L-Unjoni Ewropea (UE) hija unika fl-istorja tal-bniedem. Fuq l-ewwel livell, hija għaqda jew klabb bejn Stati Membri sovrani u suġġetti għad-dritt internazzjonali u, fuq it-tieni livell, hija għaqda jew klabb bejn iċ-ċittadini nnifishom ta’ dawn l-Istati Membri. Il-klabb kien jissejjaħ komunità, illum unjoni. Il-funzjoni prinċipali tal-klabb hija s-suq intern (fejn ikun hemm moviment ħieles ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital bejn il-Membri għal skopijiet ekonomiċi) u maż-żmien, partikolarment wara t-Trattat ta’ Maastricht, il-klabb evolva għal skopijiet politiċi oħra, fosthom, l-immigrazzjoni u l-ażil u d-drittijiet fundamentali. Bħala klabb ekonomiku u politiku magħmul minn pajjiżi żgħar u ta’ daqs medju, l-UE tikkompeti fuq livell globali ma’ pajjiżi akbar, bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina u oħrajn. Biex is-suq intern jaħdem tajjeb, hemm bżonn – u dan huwa sens komun – li l-Istati Membri jżommu regoli komuni bejniethom u mhux kulħadd imur għal riħu. Dan ifisser li meta Stat Membru jagħżel minn jeddu biex jissieħeb fil-klabb u jgawdi mill-vantaġġi ta’ blokk ekonomiku u politiku, ikun qed jagħżel u jintrabat minn jeddu biex jimxi mar-regoli tal-klabb. Inkella l-klabb ma jaħdimx. B’differenza minn meta l-Ingliterra ngħaqdet mal-Iskozja biex ġie ffurmat ir-Renju Unit jew meta l-istat ta’ Vermont ingħaqad mal-Istat Uniti, li t-tnejn saru parti minn stat sovran ieħor, l-Istati Membri tal-UE jibqgħu stati sovrani, suġġetti għad-dritt internazzjonali. Dawn jistgħu jitilqu mill-klabb meta jridu (bħalma ġara bil-Brexit). Però, sakemm idumu fil-klabb, l-Istati Membri tal-UE huma obbligati jagħtu prijorità lir-regoli tal-klabb.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122441
Appears in Collections:Scholarly Works - FacLawEC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
IvanSammutQGUE10052024 - Copy.pdf3.6 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.