Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122846
Title: Filippi, Tessalonika u Ateni
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Paul, the Apostle, Saint -- Travel
Paul, the Apostle, Saint -- Cult
Paul, the Apostle, Saint -- Theology
Issue Date: 2024
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2024). Filippi, Tessalonika u Ateni. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(223), 6-15.
Abstract: Il-Greċja hi pajjiż turistiku li timmarka l-benniena tal-kultura Ewropea fl-era klassika. Imma l-Greċja mhijiex biss magħrufa għall-monumenti tal-era klassika u għall-mitoloġija u l-opri tal-filosfi kbar bħal Aristotile, Platone, Socrates u oħrajn. Lanqas ma hi famuża biss għall-ġmiel naturali tal-muntanji u tal-kosta tagħha, u tan-numru kbir ta’ mill-inqas 1200 gżejjer abitati (madwar 6000 jekk wieħed jgħoddhom kollha) imxerrdin fil-Baħar Eġew, fil-Baħar Jonju, u fil-Mediterran. Il-Greċja hi art biblika, għax tissemma’ diversi drabi fl-Iskrittura, u speċjalment fl-Atti tal-Appostli. Kien San Pawl li evanġelizza r-reġjuni tal-Maċedonja u l-Akaja fit-tieni u t-tielet vjaġġi missjunarji tiegħu, u li waqqaf diversi komunitajiet ekkleżjali, li jinkludu l-Knejjes ta’ Filippi, Tessalonika, Ateni, Korintu, fost l-aktar importanti, imma wkoll diversi oħrajn, fosthom komunitajiet fil-gżira ta’ Kreta u f ’Ċipru (li kienet taħt l-influss tal-kultura Griega fl-1 seklu). Waqaf ukoll fil-gżejjer ta’ Samos, Kos u Rodi fi triqtu lura lejn il-Palestina. Fuq kollox, il-Greċja timmarka wieħed mill-aktar reġjuni importanti għall-iżvilupp tal-monakeżimu Orjentali fl-ewwel sekli tal-era Kristjana. Għal dawn ir-raġunijiet sejrin niddedikaw din is-sena għal xi artikli dwar il-knejjes apostoliċi u l-postijiet fil-Greċja li huma marbutin mal-Iskrittura jew mat-tradizzjoni monastika tal-Orjent. Sejrin insemmu biss xi postijiet important u nibdew bil-bliet li evanġelizza Pawlu fit-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122846
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 223 : Jannar-Marzu : 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Filippi_Tessalonika_u_Ateni.pdf471.94 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.