Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123119
Title: | Mill-Arkivji : Programme 52 : Vince Peresso |
Authors: | D'Anastas, Noel Peresso, Vince |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Peresso, Vincent, 1948- Police -- Records and correspondence World War, 1939-1945 -- Casualties -- Malta -- Mosta Accidents -- Malta -- History |
Issue Date: | 2024-02-04 |
Citation: | D'Anastas, N. & Peresso, V. (2024, February 04). Mill-Arkivji : Programme 52 : Vince Peresso [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-4 ta’ Frar 2024 hu s-Sur Vincent Peresso li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni peress li bosta ġimgħat ilu kien mistieden fl-istess programm f’żewġ programmi oħra, wieħed fuq il-pesta u l-ieħor fuq ir-reġistri tal-okkorenzi tal-pulizija. Illum se jkellimna fuq il-Proċessi Verbali. Vince Peresso huwa riċerkatur li għandu għal qalbu l-istorja ta’ Malta u dik ta’ Ħal Qormi fejn jgħix. Tarah f’bosta arkivji jqalleb il-folji tad-volumi, l-aktar dak f’Arkivji Nazzjonali u l-Arkivju Notarili. Kien għalliem għal bosta snin u ex-surmast. Vince Peresso se jgħidilna x’inhu Proċess Verbali, kif ukoll xi stejjer traġiċi li seħħew fiż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, fosthom vittmi tal-gwerra mhux iddentifikati inklużi dawk li mietu fix-xelter. Jagħmel referenza għal meta bomba kienet laqtet ix-xelter 71 fi Triq Gafa il-Mosta nhar il-21 ta’ Marzu 1942. Kienu sfaw vittmi 34 persuna, uħud minhom ma ġewx iddentifikati. L-istess ġara fid-9 ta’ April 1942 fi Triq Papa Innoċenz f’Ħal-Luqa. X’wassal biex dawn ma jkunux iddentifikati u fejn kienu jindifnu? X’kien l-inċident tal-Ġibjun Mercieca f’Ta’ Qali? X’wassal għall-mewta traġika ta’ Joseph Borg ta’ 22 sena mir-Rabat fil-forti ta’ Sant Iermu f’lejlet il-Milied tal-1943? Jgħidilna wkoll dwar l-inċident ta’ ħruq fuq il-vapur King Edwin sorġut taħt Ras Ħanżir waqt li dan kien qed jinħatt mill-petrol. Kienu mietu ħamsa. Fir-riċerka tiegħu fuq il-Proċessi Verbali, is-Sur Peresso jirrakonta dwar xi inċidenti tat-traffiku li ħallew persuni mejta, u anke wkoll xi suwiċidji. Interessanti d-disinji, pjanti u ritratti li hemm anness ma’ dawn ir-rapporti. |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123119 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 52 Vince Peresso edited 4 FEB 2024.mp3 | 84.41 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.