Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123410
Title: | Mill-Arkivji : Programme 57 : Godfrey Pirotta |
Authors: | D'Anastas, Noel Pirotta, Godfrey |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Pirotta, Godfrey Anthony, 1947- National Archives of Malta (Rabat, Malta) Malta -- Politics and government -- History Civil service -- Malta -- History Malta. Parliament -- History Maltese language -- History -- Language question, 1880-1934 Great Britain. Maltese Government. Constitution (1921) Vassallo, Mario Thomas. Godfrey Pirotta : il-politika ta' ħajti |
Issue Date: | 2024-03-17 |
Citation: | D'Anastas, N. & Pirotta, G. (2024, March 17). Mill-Arkivji : Programme 57 : Godfrey Pirotta [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-17 ta’ Marzu 2024 ħa nitkellmu mal-Prof Godfrey Pirotta li huwa professur tax-xjenza politika, għalliem u hassieb. Il-Prof Pirotta huwa riċerkatur, storiku u awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet u papers akkademici. Huwa ambaxxatur u attivist soċjali. Promotur tat-trejdunjoniżmu u l-koperattivi. Ħabrieki fil-volontarjat u jibqa magħruf ukoll għas-sehem tiegħu biex stimula eluf ta’ studenti fl-istudji tagħhom. Għandu diversi kwalifiki universitarji fosthom diploma fl-istudji soċjali mill-Universita ta’ Oxford, Baċellerat bl-unuri fil-politika u r-relazzjonijiet internazzjonali mill-Universita ta’ Reading u Dottorat fix-Xjenza Socjali mill-Universita ta’ Bath. Dawn huma ftit minn ħafna impenn fl-istudju tiegħu, fosthom ukoll bosta boroż ta’ studji. Fost l-unuri, fl-2016 il-Prof Godfrey Pirotta ġie appuntat membru tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika ta’ Malta. Aktar dwar il-Prof Godfrey Pirotta fil-ktieb ‘Godfrey Pirotta: Il-Politika ta’ Ħajti’ ta’ Mario Thomas Vassallo. Il-Prof Godfrey Pirotta ħa jkellimna dwar ir-riċerka li għamel fl-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u dak fl-Ingilterra kif ukoll diversi arkivji oħra. Huwa jitkellem fit-tul dwar il-kontenut tal-pubblikazzjonijiet tiegħu fosthom dak dwar l-istorja tal-Parlament Malti. Jitkellem fuq ir-riċerka li għamel fuq is-servizz pubbliku f’Malta bejn l-1800 u l-1940. Ma naqsitx li nsemmu l-kwistjoni tal-lingwa. X’dokumentazzjoni sab fl-Arkivju Nazzjonali fl-Ingilterra? X’importanza kienu l-korrispondenza u l-petizzjonijiet taċ-Chief Secretary to Government? Il-Prof Godfrey Pirotta jiddiskuti wkoll il-Kostituzzjoni ta’ Gvern Responsabbli fl-1921. |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123410 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 57 Prof Godfrey Pirotta edited 17 MAR 2024.mp3 | 83.37 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.