Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123412
Title: | Mill-Arkivji : Programme 58 : Wayne Farrugia |
Authors: | D'Anastas, Noel Farrugia, Wayne |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Farrugia, Wayne, 1996- Farrugia, Wayne, 1996- . Mas-sbieħ...id-dlam Muża Karkariża Authors, Maltese -- 21st century University of Malta. Library. Archives & Special Collections Department Friggieri, Oliver, 1947-2020 -- Criticism and interpretation |
Issue Date: | 2024-03-24 |
Citation: | D'Anastas, N. & Farrugia, W. (2024, March 24). Mill-Arkivji : Programme 58 : Wayne Farrugia [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Is-Sur Wayne Farrugia huwa l-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-24 ta’ Marzu 2024. Wayne Farrugia, żgħażugħ li jħobb il-Malti, huwa il-promotur tal-litteriżmu bil-Malti fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Ħadem ukoll bħala librar u arkivista fil-librerija tal-Università ta’ Malta kif ukoll bħala għalliem tal-Malti. Fl-2017 kiseb il-baċċellerat tal-Arti fil-Malti u fl-Istudji Soċjali u fl-2022 kiseb ukoll il-maġisteru fil-Malti. Ir-riċerka tiegħu kienet dwar il-kostruzzjoni tan-nazzjon fil-poeżija ta’ Oliver Friggieri li dwar dan ħa nitkellmu wkoll tul il-programm. Wayne iħobb il-kanzunetti bil-Malti u kiteb il-lirika għal diversi kanzunetti. Ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu bil-Malti, u ħareġ it-tieni edizzjoni tiegħu: ‘Mas-Sbieħ...id-Dlam’. Ħareġ ukoll ġabra ta’ novelli ‘L-Aħħar Petala u Novelli Oħrajn’ mal-Malta University Distributors. Serva bħala Segretarju Internazzjonali mal-Għaqda Poeti Maltin, u preżentament, huwa wkoll membru fil-Bord Editorjali ta’ Muża Karkariża. Membru wkoll tal-Għaqda tal-Malti kif ukoll tal-Akkademja tal-Malti. Wayne Farrugia ħa jkellimna fuq il-ħidma tiegħu meta kien fl-arkivju tal-Universita ta’ Malta u l-diversi kollezzjonijiet. Wayne jitkellem fit-tul dwar il-poeżija tal-Prof Oliver Friggieri b’relazzjoni għall-kostruzzjoni tan-Nazzjon. Għala Malta kienet f’xifer ta’ Gwerra Ċivili? Kif il-poeta iħares lejn il-qasma partiġjana tal-poplu Malti - intom u aħna? Kif jinħass il-polz ta’ Identita Nazzjonali fil-poeżija ta’ Oliver Friggieri? |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123412 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 58 Wayne Farrugia edited 24 MAR 2024.mp3 | 84.94 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.