Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123415
Title: Mill-Arkivji : Programme 59 : Matthias Ebejer
Authors: D'Anastas, Noel
Ebejer, Matthias
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Ebejer, Matthias, 1991-
National Library of Malta (Valletta, Malta)
Knights of Malta -- Archives
Order of St John -- Archives
Knights of Malta -- History
Order of St John -- History
Archivio di Stato di Firenze
Jerosolimitan Nuns of the Monastery of St Ursula -- Malta -- History
Issue Date: 2024-03-31
Citation: D'Anastas, N. & Ebejer, M. (2024, March 31). Mill-Arkivji : Programme 59 : Matthias Ebejer [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Il-mistieden tal-lum f’Ħadd il-Għid huwa Dr Matthias Ebejer li se jkellimna fuq ir-riċerka li għamel fuq id-dokumenti tal-istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann, sew fir-riċerka li għamel hawn Malta kif ukoll f’dik li għamel f’diversi arkivji ġo Firenze. Matthias Ebejer għandu dottorat fl-Istorja mill-Istitut Universitarju Ewropew li jinsab ġo Firenze. Qabel dan kien temm b'suċċess il-baċċeleratt fl-Istorja u l-maġisteru fuq l-Istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann, it-tnejn fl-Universita' ta' Malta. Fl-aħħar snin ħadem ħafna fil-qasam tal-patrimonju kulturali, bħala riċerkatur fil-proġett ta’ S. Iermu u fl-arkivji tal-Universita. Bħalissa jaħdem bħala inventarist tal-arti sagra tal-Arċidjoċesi ta' Malta, responsabbli mill-immaniġjar tad-data dwar il-kollezjonijiet tal-parroċċi u l-knejjes Maltin. Matthias interessat hafna fl-istorja tal-Ordni ta’ San Ġwann, b'mod partikolari fl-istorja tal-ispiritwalita' tal-Ordni b’enfasi fuq il-perjodu lejn nofs u l-aħħar snin tas-seklu sittax sa nofs is-seklu sbatax, propju fl-ewwel mitt sena wara l-Konċilju Trentu sa tmiem ir-renju tal-Granmastru Giovanni Paolo Lascaris. Matthias jitkellem dwar l-isfida biex jirrikonċilja l-irwoli tal-kavallieri fil-kuntest militari u dak karitattiv li jistgħu jitqiesu kemmxejn kontradittorji. Wara l-Konċilju ta’ Trentu, l-ispiritwalità ddakkret minn influwenzi ta’ ordnijiet reliġjużi oħrajn, l-aktar ir-rabta mal-Ġiżwiti. Min huma l-Kappillani Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann u x’sehem taw fil-ħajja spiritwali tal-Ordni? X’kienet il-Kamrata fit-Triq il-Merkanti l-Belt? X’kontribut taw is-Sorijiet tal-Ordni Ġerosolimitan ta' San Ġwann? Dawn jiġu diskussi b’ enfasi għad-dokumentazzjoni li wieħed isib fil-Bibljoteka Nazzjonali fil-Belt, kif ukoll il-bosta volumi u dokumenti fl-Archivio di Stato u arkivji oħra ġo Firenze b’relazzjoni mal-Ordni ta’ San Ġwann, u Malta.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123415
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 59 Dr Matthias Ebejer 31 MAR 2024.mp382.78 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.