Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124033
Title: | L-iscouts fix-Xagħra |
Authors: | Attard, Carmel |
Keywords: | Scouting (Youth activity) -- Malta -- Xagħra Youth -- Social life and customs Xagħra (Malta) -- Social life and customs Xagħra (Malta) -- Societies, etc. Xagħra (Malta) -- History -- 20th century Priests -- Malta -- Xagħra Scouting (Youth activity) -- Religious aspects -- Catholic Church Laferla, Albert V., 1887-1943 Xagħra Scouts (Soccer team) Xagħra Blue Stars (Soccer team) Azzjoni Kattolika Maltija Scout Association of Malta Soċjetà Filarmonika ‘Victory’ (Xagħra, Malta) -- History -- 20th century Band music -- Malta -- Xagħra Xagħra Scout Group (Malta) |
Issue Date: | 2019 |
Publisher: | Xagħra : Soċjetà Filarmonika ‘Victory’ |
Citation: | Attard, C. (2019). L-iscouts fix-Xagħra. Warda Mistika, [festa Marija Bambina, Xagħra, 2019], p. 96-101. |
Abstract: | Il-Moviment ta' l-lscouts fix-Xagħra jaf il-bidu tiegħu sa mill-1933. Kien fi żmien l-Arċipriet Dun Mawrizju Cauchi, li fix-Xagħra faqqsu, biex ngħidu hekk, żewġ għaqdiet: dik ta' l-Azzjoni Kattolika irġiel, u disgħa xhur wara dik tal-Boy Scouts. Barra n-numru kbir ta' membri li kellu, ix-Xagħra Boy Scouts Group seta' jiftaħar li kien l-ewwel grupp ta' Scouts f'Għawdex li kellu l-Banda tiegħu. Din l-Banda, li kienet numeruża mhux ħażin, inħolqot bl-inizzjattiva tas-sur Franġisk Camilleri u ta' Dr. A.V.Laferla, id-Direttur ta' l-Edukazzjoni. Infatti kien Dr. Laferla li sab sett ta' strumenti mużikali 'second hand' u l-prezz għalihom kien ta'ħamsa u għoxrin lira, u x' aktarx tħalsu minn wieħed minn dawn it-tnejn. Fis-sena 1936 il-Grupp tax-Xagħra Boy Scouts kien strumentali wkoll fil-formazzjoni ta' l-Ewwel Football Team tiegħu. Kien fl-istaġun 1939/40 li t-team tax-Xagħra Scouts bidel ismu għal Xagħra Blue Stars. Tul is-snin tal-gwerra minħabba diversi fatturi l-grupp tal-iscouts u t-tim tal-futbol tagħhom kellhom jieqfu, imma l-banda tal-iscouts u dik tal-azzjoni kattolika, magħrufa bħala Orkesta San Gwann Battista ingħaqdu flimkien. Dan seħħ fl-1939 u b'hekk reġgħet ġiet riattivata il-Banda"Vittoria" li kienet għalqet u żarmat fl-1904. lx-Xagħra Scout Group jerġa' jiġi riattivat fl-1952 minn Dun Fortunato Mizzi, taħt l-umbrella tal-Azzjoni Kattolika biex tiġi evitatta r-rivalita bejn iż-żewġ gruppi li kienet teżisti fit-tletinijiet. Ġara' pero' li dan il-grupp tal-l-lscouts kellu jerġa' jagħlaq u jisfratta minħabba il-fatt li Dun Fortunat Cini kien ġie assenjat dmirijiet oħra f'Malta, xogħol li ma' kienx jippermettulu li jkun preżenti kuljum mall-Grupp. Kellhom igħaddu aktar minn 20 sena biex, għat-tielet darba, il-Grupp ta x-Xagħra Scouts jerġa' jiġi riattivat din id-darba bl-inizjattiva tas-sur Vincent Vella, ftit wara li kien għadu kemm issetilja fix-Xagħra fl-1971, biss minħabba nuqqas ta' "leaders", wara seba' snin l-lscout Group kellu jżarma għal darb'oħra u fil-fatt għalaq il-bibien fl-1981. Fl-2008 jerġa jinfetaħ lx- Xagħra Scout Group li hemm illum kienet bla dubju mportanti ħafna fl-istorja u żvilupp tal-Scouts fix-Xagħra. Mhux biss rajna t-twelid mill-ġdid tax-Xagħra Scout Group imma assistejna għal żvilupp ġdid fl-istruttura u attivitajiet ta' l-istess Grupp, l-aktar importanti saru tħejjijiet meħtieġa biex għal nofs April ix-Xagħra Scout Group kellha ukoll Leaders Femminili ġodda avveniment ġdid għall-aħħar ġewwa Għawdex. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124033 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCSSS |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L-lscouts fix-Xagħra.pdf | 4.1 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.