Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124384
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-07-08T09:23:42Z-
dc.date.available2024-07-08T09:23:42Z-
dc.date.issued2024-05-05-
dc.identifier.citationD'Anastas, N. & Calleja Jackson, S. (2024, May 5). Mill-Arkivji : Programme 63 : Sabrina Calleja Jackson [Radio broadcast]. NET FMen_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124384-
dc.descriptionProduzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FMen_GB
dc.description.abstractFil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-5 ta’ Mejju 2024 se niltaqgħu ma’ Sa Sabrina Calleja Jackson, arkivista fl-Istitut Nazzjonali Awdjo-Viżwali (NAVI) fi ħdan l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. L-irwol ta’ Calleja Jackson hu li tippreserva tejps awdjo, films, ritratti, CDs, eċċ, flimkien mal-iżvilupp ta’ skemi ta’ klassifikazzjoni, katalogar u għajnuna għas-sejba għal dan il-materjal. Sabrina Calleja Jackson, għandha grad ta’ Maġisteru fil-Fine Arts, Siti u Arkivjar mill-Università ta’ Central Lancashire, Preston, ir-Renju Unit. Esperjenzi preċedenti jinkludu Program Executive fi Spazju Kreattiv, St James Cavalier li jiffoka fuq il-programmi tal-arti viżiva u taċ-ċinema, inkluż is-sorveljanza ġenerali u l-arkivji ta’ xogħlijiet tal-arti li jiffurmaw parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali ta’ Malta. Ħadmet ukoll bħala Kuratur f’Heritage Malta - MUŻA, il-Mużew tal-Arti, fejn assistiet lill-Kuraturi Anzjani u Prinċipali fit-tmexxija ta’ kuljum tal-mużew u l-arkivjar, ir-reġistrazzjoni, u l-katalogar ta’ artefatti li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni tal-Mużew. Sabrina Calleja Jackson se titkellem fit-tul fuq il-ħidma tagħha ta’ katalogar u l-modi ta’ preservazzjoni fuq il-kwantita’ kbira ta’ materjal awdjo-viżiv li għandu l-Arkivji Nazzjonali bil-għan li dawn ikunu wkoll aċċessibbli. Titkellem fuq il-kollezzjonijiet ta’ Herbert Frederick Rogers, Stanley Fraser, Ġużeppi Galea, George Said, u l-films li kellu Cecil Satariano fost kollezzjonijiet oħra. Magħhom jissemmew ukoll iż-żigarelli tal-għana ta’ Leli Muscat li ġew diġitizzati. Kif jitnaddfu r-ritratti u l-filmati, u xi jsir għall-preservazzjoni tagħhom? X’jinvolvi l-katalogar tagħhom? Is-Sa Calleja Jackson titkellem ukoll fuq il-proġett tal-European Digital Treasures li l-Arkivji Nazzjonali huwa fost is-seba’ istituzzjonijiet imsieħba minn seba’ pajjiżi Ewropej li qed jikkolaboraw f’dan il-proġett. Diġa ttellgħu tliet wirjiet, u fil-preżent fi Spazju Kreatiiv fil-Belt hemm wirja ta’ films qosra mwassla mill-Arkivji Nazzjonali. Il-wirja li hi fi ħdan il-proġett tat-Teżori Diġitali Ewropej titratta dwar il-ġestjoni ta’ arkivji ċentinarji fis-seklu 21. Dawn il-films qosra huma maħluqa minn dawn is-seba’ istituzzjonijiet kulturali Ewropej. Il-wirja li hi bla ħlas se tibqa miftuħa sat-12 ta’ Mejju. Għal aktar tagħrif żur is-sit tat-Teżori DIġitali Ewropej.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectMill-Arkivji (Radio program)en_GB
dc.subjectDocumentary radio programs -- Malta -- 21st centuryen_GB
dc.subjectArchives -- Maltaen_GB
dc.subjectMalta -- History -- Sourcesen_GB
dc.subjectMalta -- Archival resourcesen_GB
dc.subjectCalleja Jackson, Sabrinaen_GB
dc.subjectNational Archives of Malta (Rabat, Malta). National Audio-Visual Instituteen_GB
dc.subjectAudio-visual archives -- Maltaen_GB
dc.subjectAudio-visual materials -- Conservation and restoration -- Maltaen_GB
dc.subjectCataloging of audio-visual materials -- Maltaen_GB
dc.subjectAcquisition of audio-visual materials -- Maltaen_GB
dc.subjectEuropean Digital Treasures: Management of centennial archives in the 21st century (Project)en_GB
dc.titleMill-Arkivji : Programme 63 : Sabrina Calleja Jacksonen_GB
dc.typerecordingOralen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorD'Anastas, Noel-
dc.contributor.creatorCalleja Jackson, Sabrina-
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 63 Sabrina Calleja Jackson 5 MAY 2024.mp385.22 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.