Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124412
Title: | Mill-Arkivji : Programme 68 : Mario Ellul |
Authors: | D'Anastas, Noel Ellul, Mario |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Ellul, Mario Malta Dockyard -- History Navy-yards and naval stations -- Malta -- History Malta – History – British occupation, 1800-1964 Great Britain. Royal Navy. Malta Dockyard -- History Bailey (Malta) Limited (Firm) -- History Stevedores -- Malta -- History |
Issue Date: | 2024-06-16 |
Citation: | D'Anastas, N. & Ellul, M. (2024, June 16). Mill-Arkivji : Programme 68 : Mario Ellul [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Il-mistieden fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tas-16 ta’ Ġunju 2024 huwa s-Sur Mario Ellul, edukatur u lettur li jispeċjalizza fuq l-istorja tat-tarzna navali. Mario Ellul twieled Bormla fl-1972, attwalment residenti fiż-Żejtun. Huwa gradwat fl-istorja u fl-2004 kiseb ukoll Masters fl-istorja. L-interessi prinċipali storiċi huma l-istorja moderna, il-ħakma Ingliża f’Malta u l-Imperu Ingliż, it-tarzna navali u r-Royal Navy, kif ukoll il-ħajja ta’ kuljum u l-kultura popolari f’Malta kolonja. Mario Ellul huwa involut fl-iscouting, u attwalment iservi bħala group scout leader ta’ wieħed mill-gruppi fl-Iscout Association ta’ Malta, li tagħha huwa wkoll l-arkivista. Ippubblika sensiela ta’ papers dwar it-tarzna u l-edukazzjoni tagħha, il-kultura popolari, u l-ħajja ta’ kuljum f’Malta kolonja. Kiteb ukoll dwar l-istorja tal-iscouting f’Malta. Huwa għalliem u huwa assistent kap fil-Kulleġġ De La Salle, u visiting lecturer fi ħdan l-Institute of Maltese Studies fl-Universita ta’ Malta. Miżżewweġ lil Maria u għandu tliet itfal – Kristina, Sophie u Amy. Is-Sur Ellul ħa jagħti deskrizzjoni twila dwar l-istorja tat-tarzna u l-importanza tagħha bħala bażi navali fil-Port il-Kbir f’nofs il-Mediterran. Bla dubju, it-tarzna kienet l-għajn ta’ ħafna xogħol għal ħafna familji li baqgħu obbligati lejn ir-Re u r-Reġina. Mario Ellul jistqarr li meta Malta kienet fil-Gwerra, it-tarzna kienet timpjega eluf ta’ ħaddiema. Wara ingħataw is-sensji. Liema kienu l-akbar strikes fit-tarzna? Jitkellem ukoll dwar il-klassiżmu li kien hemm fit-tarzna u d-differenza bejn ħaddiema Ingliżi fl-Ammirall u l-ħaddiema Maltin. Għala l-ħaddiema kien jeħtiġilhom jagħmlu l-għodda tagħhom stess? Kif kienet l-edukazzjoni tat-tarzna? X’wassal biex it-tarzna tinbiegħ lil C.H. Bailey fit-tmiem il-ħamsinijiet? X’impatt ħalliet it-tarzna fuq l-identita’ Maltija? |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124412 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 68 Mario Ellul 16 JUNE 2023.mp3 | 88.8 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.