Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124418
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2024-07-09T06:41:46Z-
dc.date.available2024-07-09T06:41:46Z-
dc.date.issued2024-06-30-
dc.identifier.citationD'Anastas, N. & Mizzi, A. (2024, June 30). Mill-Arkivji : Programme 69 : Antida Mizzi [Radio broadcast]. NET FMen_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124418-
dc.descriptionProduzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FMen_GB
dc.description.abstractFil-programm ‘Mill-Arkivji' tal-lum 30 ta’ Ġunju 2024, se niltaqgħu mas-Sa Antida Mizzi li hija l-manager tal-kollezjonijiet speċjali u rari fil-librerija tal-Università ta’ Malta. Is-Sa Mizzi ħa tkellimna fuq il-bosta kollezzjonijiet interessanti, il-ġabriet u d-donazzjonijiet li l-librerija tal-Università tħaddan, fosthom il-kollezzjonijiet ta’ papers, kotba rari u dokumenti oħra. Antida Mizzi gradwat mill-Università ta’ Malta b'diploma fl-istudju tal-arkivji u l-immaniġjar tar-rekords fl-2011. Fl-2014 hija daħlet taħdem fil-librerija tal-Università ta’ Malta u kienet assenjata fl-arkivju tal-librerija. Hija għandha Masters fid-dokumentazjoni tal-wirt storiku u studju tal-Melitensia. Hija kisbet esperjenza fil-librerija tal-Università ta’ Edinburgh, u kif ukoll fl-Università ta’ Sussex. It-teżi li preżentat bħala parti minn dan l-istudju ħadet id-Dean's Award bħala l-aħjar teżi fil-livell ta’ Masters mill-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien għas-sena 2018. Il-librerija tal-kotba rari u l-arkivju bid-dokumenti u papers hija librerija speċjalizata. Insibu l-ġabriet tal-Avukat George Zammit, Dott. Giovanni Curmi, Ġużè Chetcuti, in-noti tar-riċerka li għamel il-Prof Godfrey Wettinger, il-kotba tal-Biblista, Pietru Pawl Saydon, u d-disinji u tpinġijiet ta’ Guido Lanfranco. Antida Mizzi titkellem dwar kif dawn waslu l-librerija. Ma’ dawn issemmi dak li ta l-Prof Oliver Friggieri, il-magazines interessanti li ġabar Ġużi Gatt, u il-papers ta’ Ġużè Cassar Pullicino. Interessanti wkoll il-kwantita ta’ karti bil-versi tal-kanzunetti li Albert M. Cassola kiteb, ħafna minhom għall-festivals tal-kant tas-snin sittin. Insemmu wkoll il-mużika u d-diski tal-Prof Charles Camilleri li wara mewtu l-armla s-Sa Doris Camilleri għoġobha tgħaddihom lil-librerija u l-arkivju tal-Università. Il-mużika tiegħu tinsab arkivjata u katalogata fl-Arkivju Nazzjonali. Bla dubju, Antida Mizzi tiffoka fuq il-wirt arkivistiku tal-Università: id-dokumentazzjoni tal-gradwati matul is-snin, il-laqgħat tas-senat, u l-ġabriet awdjo-viżiv bħal filmati u ritratti.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectMill-Arkivji (Radio program)en_GB
dc.subjectDocumentary radio programs -- Malta -- 21st centuryen_GB
dc.subjectArchives -- Maltaen_GB
dc.subjectMalta -- History -- Sourcesen_GB
dc.subjectMalta -- Archival resourcesen_GB
dc.subjectMizzi, Antidaen_GB
dc.subjectUniversity of Malta -- Archivesen_GB
dc.subjectUniversity of Malta. Library. Archives & Special Collections Departmenten_GB
dc.subjectUniversity of Malta. Library. Melitensiaen_GB
dc.subjectWettinger, Godfrey, 1929-2015 -- Archivesen_GB
dc.subjectSaydon, Pietru Pawl, 1895-1971 -- Archivesen_GB
dc.subjectLanfranco, Guido G., 1930-2021 -- Archivesen_GB
dc.subjectCassola, Albert M., 1915-1974 -- Archivesen_GB
dc.subjectCamilleri, Charles, 1931-2009 -- Archivesen_GB
dc.titleMill-Arkivji : Programme 69 : Antida Mizzien_GB
dc.typerecordingOralen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorD'Anastas, Noel-
dc.contributor.creatorMizzi, Antida-
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 69 Antida Mizzi edited 30 JUNE 2024.mp380.02 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.