Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124748
Title: | Il-knisja ta' Ġesu' Nazzarenu tax-Xagħra |
Authors: | Mifsud, Raymond |
Keywords: | Augustinians -- Malta -- Gozo -- History Church of Jesus of Nazareth (Xagħra, Malta) -- History Church decoration and ornament -- Malta -- Xagħra Chapel of the Seven Joys of the Virgin, ta' Gaidoru (Xagħra, Malta) Camilleri, Wistin, 1885-1979 Diacono, Giuseppe, 1847-1924 De Brincat, Margerita, 1862-1952 Franciscan Sisters of the Sacred Heart -- Malta -- Gozo Calì, Giuseppe, 1846-1930. Works. Selections Benefactors -- Malta -- Xagħra Pisani, Lazzaro, 1854-1932. Works. Selections Vella, Ġanni, 1885-1977. Works. Selections Catholics -- Religious identity -- History Bonello, Raymond, active 20th century Priests -- Malta -- Xagħra Choirs (Music) -- Malta -- Xagħra Ċentru Ġesu Nazzarenu (Xagħra, Malta) Niches (Architecture) -- Malta -- Xagħra Lost archictecture -- Malta -- Xagħra |
Issue Date: | 2018 |
Publisher: | Xagħra : Parroċċa Marija Bambina |
Citation: | Misud, R. (2018). Il-knisja ta' Ġesu' Nazzarenu tax-Xagħra. Ix-Xagħra : festa Marija Bambina, 2018, p. 88-89. |
Abstract: | Il-knisja tan-Nazzarenu fix-Xagħra Għawdex għandha storja twila. L-ewwel kappella li nbniet fix-Xagħra (dejjem skont it-tradizzjoni) inbniet mill-ewwel patrijiet Agostinjani li ġew jgħammru Għawdex. Dawn ġew mill-Afrika ta' Fuq fis-sena AD. 439, wara l-persekuzzjoni tal-vandali, li kissru u ħarbtu fejn għammru żmien qabel ir-Rumani. Din ġiet ikkundannata u profanata minn Mons. Pietru Dusina fl-1575. In-naħa t'isfel tax-Xagħra ma kien hemm l-ebda knisja jew kappella għalhekk, l-aħħar Kappillan u l-ewwel Arċipriet tal-Kolleġġjata tax-Xagħra, Dun Ġużepp Diacono (1893-1909), mill-Belt Victoria, ra u ħass il-bżonn li tinbena knisja ġdida għall-ħtiġijiet tan-nies. Dan peress li kien hemm 'il bogħod biex in-nies imorru fil-knisja tal-Parroċċa tax-Xagħra. L-Arċipriet Diacono għamel il-pjanta tal-knisja, peress li kien iqis ruħu ta' perit. L-ewwel ġebla tal-knisja tan-Nazzarenu tpoġġiet fl-20 ta' Settembru fl-1903 mill-Isqof t'Għawdex, Mons Ġwann Marija Camilleri. Il-bennej kien Ġużepp Azzopardi tal-Bies mix-Xagħra. Mal-knisja nbena wkoll il-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesu. Dawn is-sorijiet waqqafhom l-Arċipriet Diacono. L-ewwel Madre kienet Margerita Debrincat. Il-knisja tbierket fl-1909 mit-tieni Arċipriet tal-Kolleġġjata tax-Xagħra, Mons. Mawrizju Cauchi, li dam imexxi l-parroċċa tax-Xagħra għal 42 sena sħaħ, bejn 1-1909 u l-1951 sakemm miet fil-kariga. Il-prietka tal-okkażjoni saret mill-Kanoniku Franġisk Sultana. Il -knisja damet tinbena 5 snin. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124748 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCFAArc |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
IL-KNISJA TA_ ĠESU NAZZARENU.pdf | 2.57 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.