Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126971
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2024-09-26T09:12:33Z | - |
dc.date.available | 2024-09-26T09:12:33Z | - |
dc.date.issued | 2024-07 | - |
dc.identifier.citation | Farrugia, J. (2024). 1913 : inkwiet bejn il-Kappillan Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza ta' San Ġużepp. In Programm tal-Festa ta' San Ġużepp, Ħal Kirkop, 2024 (176-193). Ħal Kirkop: Soċjetà Mużikali San Ġużepp. | en_GB |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126971 | - |
dc.description.abstract | Mill-ħafna studji li saru dwar l-istorja tal-ratellanza ta’ San Ġużepp f’dawn l-aħħar snin, l-istampa li toħroġ dwar ir-rapport li kien hemm bejn il-Fratellanza u l-fundatur tagħha hija waħda pożittiva mmens, kważi idillika. Jekk nagħmel referenza biss għaż-żewġ artikli li ktibt jien fir-rigward u li ġew ippubblikati f’dan il-ktieb fis-snin 2011 u 2023, dan diġà jidher ċar ħafna. Fl-ewwel wieħed, li jikkonċerna ġrajja tal-1878, toħroġ ċara l-paternità ta’ Barbara fuq il-Fratellanza ta’ San Ġużepp peress li kien hu li waqqafha u kien ukoll l-ewwel prokuratur tagħha. Fittieni wieħed, imfassal fuq ġrajja tal-1891, joħorġu ċari l-imħabba reċiproka li kien hemm bejn il-Kappillan u l-membri tal-Fratellanza, meta, wara li ssejħet inkjesta fuq l-infiq tal-Kappillan, sar inventarju dettaljat tal-oġġetti tal-Fratellanza u min għamilhom, u minn dak li hemm miktub m’hemm l-ebda dubju li Barbara kien l-akbar benefattur tal-istess Fratellanza, ħaġa li rebbħitlu l-istima tal-membri li lkoll qabżu għalih fit-testimonjanzi li taw favurih quddiem il-kanċillier tal-Kurja. Apparti minn hekk, studji oħrajn juru kemm ir-rabta bejn il-Fundatur u l-Fratellanza kienet waħda soda u leali; biżżejjed insemmu numru ta’ studji li saru minn Angelo Schembri, speċjalment dwar l-okkorrenzi li fihom kien imdaħħal Barbara, kif ukoll studji oħra ta’ Dr Simon Mercieca u Dr Charles Farrugia. Iżda r-realtà jidher li ma kinetx daqshekk ward u żahar, jew almenu, mhux dejjem. Is-sena 1913 tibqa’ mmarkata flistorja – li s’issa donnha kienet minsija jew li nżammet moħbija sa minn dak iż-żmien – meta nħoloq il-ġlied bejn Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza… u kif ngħidu bl-Ingliż: best friends make best enemies, kif se naraw mid-dokumenti ġodda li se jiġu ppubblikati għallewwel darba din is-sena. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.publisher | Soċjetà Mużikali San Ġużepp, Ħal Kirkop | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/openAccess | en_GB |
dc.subject | Parishes | en_GB |
dc.subject | Barbara, Gużeppi | en_GB |
dc.subject | Bartolo, Spiridione | en_GB |
dc.subject | Fratellanza ta’ San Ġużepp (Kirkop, Malta) | en_GB |
dc.subject | Kirkop (Malta) -- History | en_GB |
dc.subject | Feast of St. Joseph -- Malta -- Kirkop | en_GB |
dc.title | 1913 : inkwiet bejn il-Kappillan Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza ta' San Ġużepp | en_GB |
dc.title.alternative | Programm tal-Festa ta' San Ġużepp, Ħal Kirkop, 2024 | en_GB |
dc.type | contributionToPeriodical | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.description.reviewed | non peer-reviewed | en_GB |
dc.contributor.creator | Farrugia, Jonathan | - |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheCHPPA |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
2024 Farrugia Jonathan, 1913 Inkwiet bejn il-kappillan Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza.pdf | 3.63 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.