Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/128719
Title: | Mill-Arkivji : Programme 72 : Joseph Debrincat |
Authors: | D'Anastas, Noel Debrincat, Joseph |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Debrincat, Joseph, 1976- Conductors (Music) -- Malta -- Biography Azopardi, Francesco, 1748-1809 Music -- Malta -- Archives Music -- Malta -- 18th century Cathedral Archives (Victoria, Malta) Farrugia, Giuseppe, 1852-1925 Gauci, Anton, 1925-2013 Gauci, Joseph, 1932- Gauci, Giovanni B., 1938-2017 Opera -- Malta -- History Classique Foundation (Malta) |
Issue Date: | 2024-10-20 |
Citation: | D'Anastas, N. & Debrincat, J. (2024, October 20). Mill-Arkivji : Programme 72 : Joseph Debrincat [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Fil-programm’Mill-Arkivji’ tal-20 t’Ottubru se nisimgħu x’għandu xi jgħid Mro Joseph Debrincat minn Għawdex dwar ir-riċerka li għamel fl-arkivju mużikali tal-Matriċi speċjalment dwar il-mużika ta’ Francesco Azopardi, wieħed mill-aqwa kompożituri li kellha Malta fl-era tar-Rococo. Min kien Francesco Azopardi? Kif kien dan il-vjaġġ ta’ riċerka fl-arkivju tal-Matriċi, dak ta’ Mons Gauci li jagħmel parti mill-arkivju tal-Matriċi, l-arkivju ta’ Mons Farrugia ‘tal-vers’, u arkivji oħra fosthom dak tal-Kattidral fl-Imdina? Debrincat huwa magħruf ukoll li introduċa diversi kompożizzjonijiet ta’ Puccini lill-pubbliku Malti. Min hu għalieh Giacomo Puccini? X’hemm imħejji biex jitfakkar l-anniversarju tal-100 sena minn mewtu fl-29 ta’ Novembru li ġej? Mro Debrincat jħaddan waħda mill-aktar kollezzjonijiet sinjuri tad-diski operistiċi u mużika serja fil-gżejjer Maltin. Min kien għalieh ix-xandar Emy Scicluna, riċerkatur tal-opra f’Malta? X’rabta ta’ ħbiberija kien hemm? Kif jissemma Dun Eddie Borg Olivier u Maria Callas? Is-Surmast Joseph Debrincat minn Għawdex huwa gradwat fil-mużika mill-Universita ta’ Malta fejn hemm studja mal-Professuri Charles Camilleri u Joseph Vella. Id-direzzjoni studjaha mas-surmast Michael Laus u f’Milan ma’ Herbert Handt. Fl-2005 kiseb M.Phil. għat-teżi tiegħu fuq Francesco Azopardi. Fl-2001 Debrincat kien il-moħħ wara t-twaqqif tal-Fondazzjoni Classique – l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Għawdex li matul dawn is-snin wassal diversi kunċerti ħafna minnhom bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u wkoll is-sehem ta’ kantanti operistiċi internazzjonali, li għamluh l-iżgħar direttur Għawdxi li qatt imexxi l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Debrincat huwa l-Maestro di Cappella fil-Kattidral ta’ Għawdex u l-Knisja Parrokkjali ta’ Sannat fejn iwassal mużika antika arkivjata fl-arkivju tal-Matriċi. Huwa għalliem tal-mużika fl-Iskola tal-Mużika ta’ Għawdex li hija integrata fi ħdan l-Iskola tal-Arti Viżwali u tal-Ispettaklu ta’ Għawdex. |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/128719 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 72 Mro Joseph Debrincat edited 20 OCTOBER 2024.mp3 | 89.77 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.