Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1682
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-02-26T08:59:55Z-
dc.date.available2015-02-26T08:59:55Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1682-
dc.descriptionM.A.TRANSL.en_GB
dc.description.abstractIddeċidejt li nibni x-xogħol tiegħi fuq it-traduzzjoni tas-sottotitoli għax xtaqt nesplora oqsma ġodda li jinkorporaw fihom it-traduzzjoni. Peress li matul il-kors tal-Maġisteru dejjem iffukajna fuq traduzzjoni minn kotba jew artikli, ħsibt biex it-teżi tiegħi nibbażaha fuq it-traduzzjoni ta’ film. Nista’ ngħid li b’ġebla waħda lqatt żewġ għasafar; dan għax il-lingwa sors tal-film li għażilt hija dik Franċiża, lingwa li hija tant għal qalbi, wara l-Malti ovvjament. U barra minn hekk, ser inkun qiegħda nattwa t-traduzzjoni f’forma ta’ kitba f’waħda viżiva permezz tal-użu tal-informatika. Il-ħajra li naħdem fuq sottotitoli bdiet waqt lezzjoni partikulari iddedikata għal dan il-qasam. Hawnhekk ġejna murija film2 li kien ġie maqlub għall-Malti minn studenta preċedenti flimkien mal-istess tutur tiegħi. L-aktar ħaġa li laqtitni kienet kemm dan ix-xogħol, għax viżiv, jista’ jiġbed udjenza ferm ikbar lejh minn traduzzjoni ta’ ktieb. Madankollu, ħadd ma jeskludi l-fatt li l-kwistjoni tas-sottotitoli għadha maqsuma fi tnejn; dawk favuriha u dawk kontriha. Dawn tal-aħħar iqisu s-sottotitoli bħala xkiel, għax iħossu li l-preżenza ta’ kliem fuq l-iskrin ittellef xi ftit mill-gost li wieħed jara l-film. Għal dan il-għan hemm xi fatturi, fosthom il-kwistjoni tal-pożizzjoni tas-sottotitoli fuq l-iskrin li tajjeb li jiġu mħarsa u li se jiġu diskussi iktar ’il quddiem f’din it-teżi. Hemm diversi raġunijiet wara l-għażla tiegħi, l-iktar waħda sempliċi tkun il-fatt li permezz ta’ din l-esperjenza personali nkun nista’ nħajjar studenti oħrajn bħali sabiex jimirħu aktar f’dan is-settur, biex forsi ’l quddiem ikollna xi tip ta’ kollezzjoni ta’ films barranin b’sottotitoli Maltin. Tajjeb li wieħed jibqa’ jżomm f’moħħu li x-xogħol tat-traduttur ma jiqafx biss għal dak tal-kotba. Fl-istess ħin nixtieq inqajjem kuxjenza dwar idea żbaljata li għandha s-soċjetà Maltija fuq il-kwistjoni tal-bilingwiżmu f’Malta. Huwa veru li l-maġġuranza tal-poplu Malti huwa bilingwi, biss ħadd ma jista’ jeskludi l-fatt li xi Maltin ma jifhmux l-Ingliż. Fil-fatt, hija sitwazzjoni ferm magħrufa fost l-istudenti tal-kors tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta u fost nies oħrajn li jinteressawhom il-lingwi, li t-traduzzjoni tas-sottotitoli fl-industrija tal-films f’Malta għadha ferm lura. Raġuni ewlenija jaf tkun il-fatt li ċ-ċittadin Malti, bħala persuna bilingwi u multilingwi jħossu moqdi jara films f’dawn il-lingwi, u jekk le, dejjem jista’ jirrikorri għall-verżjoni Ingliża ta’ film, kemm bħala doppjaġġ kif ukoll bħala sottotitoli, meta l-lingwa oriġinali li jkun inħareġ biha l-film ma jkunx jifhimha. Fi ftit kliem ma nħossux il-ħtieġa li sottotitoli Maltin jakkumpanjaw dawn il-films. Mill-banda l-oħra, jekk is-settur taċ-ċinema jinjora l-minoranza ta’ dawk li ma jifhmux bl-Ingliż, wisq aktar ma jagħtix kas tal-eżiġenzi ta’ dawk li sfortunatament ibatu minn kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ smigħ. Hekk kif muri f’artiklu tal-ġurnal lokali Times Of Malta, li deher fil-ħarġa ta’ Frar 20133, huwa minnu li xi tip ta’ ħidma qiegħda ssir favur dan il-għan. Id-Deaf People Association qiegħda ttella’ l-kampanja bl-isem ta’ Subtitles Now. Din il-kampanja tappella sabiex ikun hawn aktar aċċessibbiltà f’dak li għandu x’jaqsam mal-inklużjoni ta’ sottotitoli fuq programmi tat-televixin u fis-swali taċ-ċinema. Dan l-aħħar qegħdin ninnotaw il-preżenza ta’ professjonisti jiddettaw permezz tal-lingwa tas-sinjali dak li jkun qiegħed jingħad mill-kelliema waqt xandir tal-aħbarijiet, ittri pastorali u l-baġitt, fost oħrajn. Din l-organizzazzjoni temmen li għadna lura ħdejn pajjiżi oħrajn, iżda fl-istess ħin tifhem li l-bidla se tkun waħda gradwali u mhux radikali u ma tippretendix li kull film għandu jkollu s-sottotitoli. Fost ħafna żvantaġġi, din id-domanda tirrikjedi wkoll ammont kbir ta’ sostenn finanzjarju sabiex ikun hemm il-mezzi u l-kundizzjonijiet adatti sabiex tradutturi Maltin ikunu jistgħu jwettqu din il-ħolma.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMotion pictures -- Titlingen_GB
dc.subjectMotion pictures -- Translating and interpretingen_GB
dc.subjectHavre (Motion picture : 2011)en_GB
dc.titleTraduzzjoni mill-Franċiż għall-Malti tas-sottotitoli tal-film Le Havre tad-direttur Aki Kaurismäki : annotata u analizzataen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Translation, Terminology & Interpreting Studiesen_GB
dc.description.reviewedN/A-
dc.contributor.creatorVella, Emanuela-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14MATIS004.pdf
  Restricted Access
14MATIS0041.85 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.