Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1686
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorParsons, Anna Maria-
dc.date.accessioned2015-02-26T09:12:12Z-
dc.date.available2015-02-26T09:12:12Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1686-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractEsopu (600 Q.K.), ħarrief Grieg kien jirrakkonta ġrajjiet b'annimali jitkellmu, iħossu u jġibu ruħhom bħall-bnedmin. Taħt il-qoxra ta' kull ħrafa hemm il-kritika lejn is-soċjetà u l-politika ta' żmienu. L-għan ewlieni tiegħu kien li jgħallem b'mod sempliċi u pjaċevoli. George Zammit fid-daħla ta' ''Ħrejjef Esopu'' ta' Brother Henry jiddeskrivi l-mod ta' kif dawn il-ħrejjef infirxu fl-Ewropa. Jgħid li l-ewwel ġabra ta' kotba ta' dawn il-ħrejjef saret minn Demetriu madwar tliet mitt sena qabel Kristu. Aktar tard il-kittieba Griegi u r- Rumani tawhom is-sura ta' poeżiji u proża. L-aktar ġabra importanti b'versjoni poetika hija dik ta' Fedru li għadha tiġi studjata sal-lum. Din il-letteratura tmur lura fi żmien l- Imperatur Augustus ta' Ruma. Zammit jisħaq li Marie de France madwar l-1263 kitbet il-ħrejjef ta' Esopu bil-Franċiż. Din il-letteratura tant ingħoġbot li ħalliet influwenza fuq il-kittieba fl-Ingilterra, fl-Italja, fil-Ġermanja u f'pajjiżi oħra fl-Ewropa. Madankollu l-aktar kittieb magħruf għall-ħrejjef versifikati ta' Esopu huwa Jean de la Fontaine (1621-1695) li skont Zammit ''wera ruħu veru poeta''. Għaldaqstant ħarriefa bħal John Gay mill-Ingilterra, Ivan Andreevich Krylov mir-Russja, Stojan Mihajlovski mill-Bulgarija, Gellert mill-Ġermanja u Samaniego minn Spanja mxew fuq il-passi ta' Jean de Fontaine (Bro. Henry, F.S.C). Mill-istudji ta' Oliver Friggieri f' ''L-Istorja tal-Letteratura Maltija'' jidher li fl-Italja lejn laħħar tas-Seklu Tmintax il-ġeneru tal-ħrafa taħt l-influwenza ta' La Fontaine, ta' Florian u oħrajn beda jikber u jirnexxi. Ngħidu aħna, Giambattista Casti kiteb il-poema ''Gli animali parlanti'' bħala satira lejn is-soċjetà u l-politika ta' żmienu. Luigi Fiacchi ppubblika bosta ħrejjef bil-għan li jeduka lit-tfal bi stil u lingwa sempliċi. Gaetano Perego b'għan morali wkoll fl-1804 jikteb ''Favole sopra i doveri sociali ad uso della scuole''. Friggieri jinsisti li favolisti Taljani ''tennew f'versi, b'adattamenti u b'modifikazzjonijiet, in-narrazzjonijiet ta' Esopu u ta' Fedru u żammu kemm kemm moħbi fil ta' twiddiba etika''. Isostni li l-ħrejjef Sqallin l-aktar ta' Meli huma marbuta mat-tema tal-moralità (Friggieri 153). Poeti Taljani oħrajn kitbu xogħlijiet satiriċi bil-għan li jiġġieldu jew jibdlu s-sitwazzjonijiet ħżiena ta' żmienhom (154). Ġan Anton Vassallo (1817-1868), awtur li trabba f'tradizzjoni kulturali Taljana li kienet dominanti f'Malta ta' żmienu. Għaldaqstant għall-bidu l-letteratura Maltija kienet bit- Taljan iżda aktar 'il quddiem saret ukoll bil-Malti. Ngħidu aħna Vassallo għall-bidu jikteb bit-Taljan iżda aktar 'il quddiem jikteb bl-ilsien Malti li kien imwarrab min-nies kolti. Ta' min jinnota li Vassallo għex fi żmien ir-refuġjati Taljani u taħt it-tmexxija Kolonjali Ingliża f'Malta. Dan kollu ħalla effett fuq il-letteratura Maltija. Ġan Anton Vassallo huwa l-fundatur tal-Moviment Romantiku Malti. Skont Friggieri ''Vassallo jokkupa fil-ġrajja letterarja Maltija l-post tal-ewwel poeta ''letterarju'' u li għandu mertu kawżattiv anki fl-aspett kollu kemm hu formali'' (Ġan Anton...13). Huwa jdaħħal elementi tekniċi fil-poeżija Maltija u t-tiftixa tiegħu hi li jgħolli l-arti letterarja Maltija billi ''daħal fil-qasam formali tat-tradizzjoni Taljana u b'effett indika t-triq li setgħu jgħaddu minnha l-poeti ġejjiena'' (15). Vassallo huwa magħruf għal tliet ġeneri ta' poeżija: il-lirika, il-poeżija patrijottika u l-poeżija f'forma ta' ħrejjef satiriċi. Fis-Seklu Dsatax bħall-favolisti Taljani jħaddem il-ħrafa u s-satirika bil-għan li jagħti gost u għarfien lis-soċjetà ta' żmienu li kienet nieqsa mit-tagħlim u li kellha livell kulturali baxx. Għaldaqstant, għażel li jikteb l-aktar bl-ottonarju (imsejjaħ ukoll il-vers popolari tal-għana), imdaħħal fi kwartini jew f'xogħlijiet mingħajr ebda strofi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAnimals in poetryen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 19th century -- History and criticismen_GB
dc.titleL-annimali fil-poeżija romantika Maltijaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/A-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL029.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0291.09 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.