Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/17398
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2017-03-13T10:59:48Z
dc.date.available2017-03-13T10:59:48Z
dc.date.issued2016
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/17398
dc.descriptionM.A.MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan l-istudju jistħarreġ id-differenzi akustiċi li jinsabu fil-vokali ta’ żewġ djaletti Għawdxin, in-Naduri u s-Sannati. L-analiżi akustika titfa’ wkoll dawl ġdid fuq is-sistemi vokaliċi ta’ dawn iż-żewġ djaletti li ġew mistħarrġa permezz tal-fonetika awditorja minn Said (2007) u Farrugia (2010), rispettivament. L-istudju preżenti jibbaża fuq dawn iż-żewġ sistemi vokaliċi filwaqt li jieħu spunt minn għadd ta’ studji akustiċi barranin sabiex tissawwar il-metodoloġija u b’hekk tinġabar id-data meħtieġa, li qabel ma tiġi analizzata fl-istudju ewlieni, ġiet applikata fi studju pilota. Sabiex jinħarġu l-karatteristiċi akustiċi ta’ dawn il-vokali, l-istudju preżenti jimxi fuq bażi kwantitattiva. L-istudju jagħmel użu minn numru ta’ kelliema nattivi taż-żewġ djaletti li lkoll jirrepetu ħames kelmiet mira għal kull vokali għal ħames darbiet. Kull kelma mira tidħol f’nofs ta’ sentenza sabiex tkun affettwata mill-inqas mill-intonazzjoni u l-istress li jista’ jpoġġi fuqha l-parteċipant. L-analiżi tal-vokali tibbaża fuq il-punt l-iktar stabbli tagħhom fejn il-formants huma l-inqas influwenzati mill-koartikulazzjoni tal-konsonanti. Analiżi komparattiva tal-valur tal-formants turi illi ħafna drabi hemm preżenti differenza akustika fil-kwalità tal-istess vokali li huma preżenti fiż-żewġ sistemi vokaliċi b’tali mod li jikkonferma l-mistoqsija ewlenija tal-istudju, flimkien mal-fatt illi ż-żewġ djaletti jagħmlu użu differenti tal-wisa’ preżenti fit-trapezju tal-vokali, kemm meta t-trapezju tal-vokali jissawwar skont il-fattur tad-djalett u kemm meta jissawwar skont il-fattur tas-sess. L-importanza ta’ dan l-istudju hija li jipprovdi evidenza konkreta tad-differenzi fuq livell akustiku bejn id-djaletti ta’ Malta, f’dan il-każ ta’ bejn id-djalett Sannati u dak Naduri.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Provincialisms -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectMaltese language -- Dialects -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectComparative linguistics -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Malta -- Gozoen_GB
dc.titleAnalizi akustika u komparattiva ta’ zewg djaletti Ghawdxinen_GB
dc.typemasterResearchThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFarrugia, Ruben
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16MAMAL001.pdf
  Restricted Access
13.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.