Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/23527
Title: Linji godda : kummentarji
Authors: Azzopardi, Mario
Keywords: Maltese poetry -- 20th century
Maltese poetry -- History and criticism
Poetry, Modern -- 20th century -- History and criticism
Metaphysics in literature
Transcendence (Philosophy) in literature
Issue Date: 1984
Publisher: Upper Secondary School Valletta
Citation: Azzopardi, M. (1984). Linji Ġodda - kummentarji. Hyphen, 4(2), 55-78
Abstract: Il-bniedem żviluppa kuxjenza li tagħraf illi ż-Żmien huwa biss dimensjoni ta' eżistenza mill-iktar misterjuża u li dan joħloq l-isfond .tal-metafiżika, i.e. ir-relazzjoni tal-Bniedem maż-Żmien, mal-Kożmos, ma' I-Esseri Divin, ma' I-Astratt. Il-kuxjenza tal-bniedem modern saret waħda aktar "xjentifika", u dan il-fenomenu, minħabba edukazzjoni u riċerki aktar assidwi, intebħu bih ukoll il-poeti moderni Maltin. Ġiet skoperta r-rabta bejn il-poeżija u x-xjenza, izda l-moħħ kreattiv baqa' f'konflitt mal-misteru tremend tat-traxxendenza. Inbdiet tellieqa tal-moħħ maż-Żmien: I-artist modern, il-poeta kontemporanju, beda ġirja nervuża biex ifittex xi sens fl-eżistenza (relattivament qasira ħafna) tiegħu fid-dinja, jew imqar fl-univers. Il-kriżi nħolqot sewwasew għaliex il-possibiltajiet ta' moħħ il-poeta jinfirxu ferm aktar 'il bogħod mill-medja tal-limitazzjoni mundana tal-għajxien tal-bniedem. Il-poeta jaf li bejn I-eżistenza materjali u I-eżistenza spiritwali hemm qasma tremenda; hemm kontradizzjoni bejn dak li huwa fiżiku u dak li huwa idealizzat; bejn dak li huwa reali u dak li huwa tant misterjuż. Għalhekk hemm ħarba kbira, tellieqa dinamika, enerġija tremenda fil-moħħ kreattiv biex ikun "sfidat" I-element taż-Żmien. L-unika rassenjazzjoni għall-bniedem kreattiv hija li jista' jipprova jagħti sens metafiżiku lid-dettalji komuni. Issa dan is-sens metafiżiku lill-oġġetti jrid jinbeda kemm-il darba tinbidel il-kuxjenza tal-Jien. Il-poeta jipprova jfittex Jien li jassorbi I-misteri tar-relazzjoni bejn dak li huwa transitorju (Ii jgħaddi, li jinbidel, li jmut) u dak li huwa Etern. Minn xi daqqiet, il-moħħ kreattiv jaċċetta telfa, għaliex mill-għerien profondi tal-Jien ma tasal I-ebda konklużjoni fissa dwar il-misteru ta' I-Eżistenza. Il-poeziji f'din it-taqsima jeħtieg Ii jkunu nkwadrati fuq dan I-isfond, li jieħu dimensjoni usa' jekk il-qarrej jirrelata dawn il-poeziji mat-teoriji ta' Darwin u Einstein.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/23527
Appears in Collections:Hyphen, Volume 4, No. 2 (1984)
Hyphen, Volume 4, No. 2 (1984)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Linji Ġodda - Kummentarji.pdf1.35 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.