Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24642
Title: Traduzzjoni ta’ xi siltiet mir-rumanz ‘Anna’ ta’ Niccolò Ammaniti
Authors: Grech, Anna
Keywords: Ammaniti, Niccolo, 1966- . Anna -- Criticism and interpretation
Italian fiction -- Translations into Maltese
Translating and interpreting in literature
Issue Date: 2017
Abstract: It-teżi ppreżentata hawnhekk hija bbażata fuq xi siltiet mill-ktieb Anna tal-awtur Niccolò Ammaniti u li dawn ġew tradotti mit-Taljan għall-Malti permezz ta’ ħafna riċerka, dizzjunarji kif ukoll siti web. Ma’ dawn it-traduzzjonijiet se jidhru noti f’qiegħ il-paġna li fihom nispjega aħjar il-ħsibijiet tad-deċiżjonijiet aħħarin tiegħi: għaliex użajt kelma u mhux oħra, jew għaliex użajt espressjoni Maltija għall-kuntest li kelli quddiemi. Min-naħa l-oħra, il-varjanti u l-bidla fis-sintassi jiddominaw parti kbira mit-traduzzjoni. Wara ttraduzzjoni jsegwi l-kapitlu dwar l-analiżi ġenerali li hija magħmula minn kategoriji u aspetti differenti, u li bħala traduttriċi kelli nħabbat wiċċi magħhom kważi l-ħin kollu. B’żieda ma’ dan, ma jonqos ukoll li tingħata ħarsa ġenerali lejn l-awtur inkwistjoni u xxogħlijiet tiegħu, filwaqt li l-enfasi ewlenija tkun fuq l-aħħar ktieb tiegħu Anna li ġie ppubblikat fl-2015. Dawn l-aspetti huma spunti addizzjonali sabiex it-traduttur jifhem aktar it-test li għandu quddiemu, u b’hekk jittraduċi b’għaqal u għarfien. Barra minn hekk, huma bosta r-raġunijiet li wassluni biex nittraduċi partijiet minn dan irrumanz. Qabelxejn il-lingwa sors hija dik Taljana, u nistqarr li minn dejjem kont ngħożż u nitpaxxa nistudja l-letteratura u l-lingwistika. Għalhekk ħassejt li kienet aktar ta’ sfida li nittraduċi mit-Taljan milli mill-Ingliż u x’aktarx għaliex l-Ingliż huwa t-tieni lingwa tagħna (wara l-Malti), filwaqt li t-Taljan jaqa’ fit-tielet post. Raġuni oħra kienet li fix-xogħol fulltime tiegħi bħala traduttriċi nittraduċi biss dokumenti tekniċi u speċjalizzati u ftit li xejn nittraduċi kotba letterarji. Għalhekk kelli nkun innovattiva u oriġinali filwaqt li nimxi a pari passu mal-kitba tal-awtur innifsu. Ta’ min jistqarr ukoll li huma bosta t-traduzzjonijiet li saru mit-Taljan għall-Maltin, fost dawn ta’ Oliver Friggieri u ta’ Alfred Palma, iżda huma limitati t-traduzzjonijiet Maltin mit-Taljan modern. B’hekk xtaqt, li permezz talkontribuzzjoni ċkejkna tiegħi, inwassal il-kultura moderna Taljana fil-gżejjer Maltin. Filwaqt li nżommhom bħala żewġ identitajiet distinti minn xulxin f’termini ta’ lingwa u kultura. Anke jekk ix-xebh bejniethom jispikka. Permezz tat-traduzzjonijiet mill-ktieb Anna ppruvajt noħloq lingwa mexxejja, mimlija espressjonijiet u fuq kollox għożża u mħabba għal min għandu għal qalbu l-ilsien Malti.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24642
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtTTI - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17MATTI005 Anna Grech.pdf
  Restricted Access
1.78 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.