Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24660
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2017-12-12T15:27:50Z-
dc.date.available2017-12-12T15:27:50Z-
dc.date.issued2017-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24660-
dc.descriptionM.A.TRANSLATIONen_GB
dc.description.abstractDan il-glossarju nkiteb bil-għan ewlieni li jixtarr termini marbutin mal-qasam tal-apikultura, biex b’hekk jiġu pprovduti l-ekwivalenti tagħhom bil-Malti. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, laqqajt il-parir ta’ erbgħa u għoxrin naħħal minn lokalitajiet differenti, flimkien mal-parir ta’ esperti min-naħa tal-ilsien Malti. Permezz tal-għajnuna u l-assistenza ta’ dawn il-parteċipanti, ġew analizzati mija u ħamsa u sittin terminu differenti bid-diffikultajiet u l-isfidi individwali tagħhom. Dawn huma diffikultajiet li wieħed irid iħabbat wiċċu magħhom kull meta l-imġiba tat-termini tiġi studjata fl-użu tagħha ta’ kuljum. Hawnhekk naraw kif fatturi bħal età, professjoni, u fuq kollox l-isfond ġenerali tal-kelliema jaf jagħmel ħafna differenza. Fi ħdan din ir-riċerka nistgħu naraw ukoll kif tħaddmu diversi metodi u għodod lingwistiċi sabiex finalment ġew megħluba dawn id-diffikultajiet biex b’hekk intlaħaq il-qbil ippreżentat fid-damma aħħarija. Din ir-riċerka tinqasam f’erba’ taqsimiet ewlenin. L-ewwel kapitlu jikkonsisti f’daħla fejn ħarisna lejn is-sengħa tat-trobbija tan-naħal ġewwa gżiritna, flimkien ma’ aspetti oħra b’rabta mal-qasam tat-Terminoloġija. Fosthom insibu l-istandardizzazzjoni, il-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll it-teoriji li jitħaddmu fit-Terminoloġija. It-tieni kapitlu jiddiskuti l-metodoloġija li ġiet imħaddma matul din ir-riċerka, filwaqt li fit-tielet kapitlu insibu l-glossarju maqsum f’seba’ kategoriji ewlenin. F’kull waħda minn dawn it-taqsimiet insibu numru ta’ termini mqassma f’ordni alfabetiku, bit-terminu Ingliż biswit dak bil-Malti. Għal kull wieħed minn dawn it-termini ġiet mogħtija definizzjoni u spjegazzjoni dettaljata tar-raġunament li sar sabiex intlaħqet id-deċiżjoni aħħarija. F’ħafna mill-każijiet ġie mogħti wkoll xi tagħrif fuq ir-riħ li mhux biss jgħin lill-qarrej jieħu stampa iktar sħiħa tal-argument, imma wkoll li jaf ikun ta’ interess għal min jixtieq isir jaf iktar dwar din is-sengħa tant sabiħa. Għal din l-istess raġuni ġew inklużi wkoll numru ta’ stampi, sabiex jagħmluha iktar faċli għall-qarrej li jifhem aħjar kull wieħed minn dawn it-termini fil-kuntest tiegħu. Mill-ġdid, għall-konvenjenza tal-utenti, il-glossarju ġie segwit minn ġabra tat-termini kollha, f’ordni alfabetiku, mill-Ingliż għall-Malti u viċi versa. Fl-aħħar nett insibu l-konklużjoni, fejn naraw id-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet ta’ din ir-riċerka, flimkien ma’ possibilitajiet oħra sabiex dan l-istudju jkompli jimraħ. Dan bit-tama li l-użu tal-Malti dejjem jibqa’ jissaħħaħ u jistagħna.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectBee culture -- Maltaen_GB
dc.subjectBee culture -- Terminologyen_GB
dc.subjectInsect rearing -- Maltaen_GB
dc.titleGlossarju ta’ termini marbuta mal-apikulturaen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Translation, Terminology & Interpreting Studiesen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBuhagiar, Victoria Christine-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtTTI - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17MATTI001 Victoria Buhagiar.pdf
  Restricted Access
23.7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.