Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/25787
Title: Mill-Isla ghax-Xagħra l-istorja tal-istatwa tal-Bambina
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Senglea (Malta) -- History
Convents -- Malta -- Senglea -- History
Xagħra (Malta) -- History
Statues -- Malta -- Senglea
Issue Date: 2013
Publisher: Senglea Historical Society
Citation: Mercieca, S. (2013). Mill-Isla ghax-Xagħra l-istorja tal-istatwa tal-Bambina. Senglea Historical Society, 18-20.
Abstract: Wieħed mill-aktar dokumenti importanti miżmuma fl-arkivju tal-Knisja Kolleggjata tal-Isla huwa manuskritt li jġib l-isem Memorie Ecclesiastiche dell’Invitta Città Senglea. 1 Dan il-manuskritt isegwi l-mudell ta’ kitba li bdiet tinkiteb matul is-seklu tmintax fejn numru ta’ ekkleżjastiċi ta’ dik il-ħabta kienu qed jimxu fuq il-mudell ta’ Gian Frangisk Abela, li ħafna snin qabel, ta lil Malta l-famuż ktieb tiegħu Descrittione di Malta. Immexxijin minn imħabba lejn belt u raħal twelidhom, bdew issa jimitaw dan il-mudell u jiktbu l-istorja tal-knisja parrokkjali fl-isfond tal-ġrajjiet ta’ belthom jew raħalhom. L-istorja kienet għada ma tinkitebx kif nifhmuha llum. Kienet storja li tħares lejn il-passat u anki tinkludi lill-preżenti jew dak kontemporanju. Kienet timxi fuq il-mudell umanistiku ppreżentat minn Erasmu ta’ Rotterdam u Giovanni Battista Vico.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/25787
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Isla_ghax-Xaghra_L-Istorja_tal-Ista.pdf285.82 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.