Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/28607
Title: Introduzzjoni : messaggi mill-imghoddi
Other Titles: Lejn gvern responsabbli 1905-1921
Authors: Frendo, Henry
Keywords: Political parties -- Malta
Malta -- History -- British occupation, 1800-1964
Partit Nazzjonalista (Malta) -- History -- 20th century
Issue Date: 1990
Publisher: Pubblikazzjonijiet Indipendenza
Citation: Frendo, H. (1990). Introduzzjoni : messaggi mill-imghoddi. In H. Frendo (Ed.), Lejn gvern responsabbli 1905-1921 (pp. ix-xiv). Pieta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza.
Abstract: Dan il-ktieb hu essenzjalment it-tieni parti tat-teżi dottorali li ppreżentajt f'Oxford fl-1976 dwar "The Formation of Maltese PoIitical Parties", li kienet tiġbor fiha mhux biss ir-riċerka li għamilt fit-tlett snin li domt nistudja hemm iżda wkoll dawk ta' qabel li aspetti minnhom kienu xxandru diġa f'kitbiet oħra bikrija tiegħi bħal dawk dwar is-Sette Giugno u Manwel Dimech fil-bidu tas-snin sebgħin. (Fis-sustanza tagħha din dehret fl-oriġinal bI-Ingliż fil-volum sħiħ maħruġ minn Midsea fl-1979 intitolat Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience, b'introduzzjoni tal Professur Dennis Austin, li issa hu aut of print). L-ewwel parti tagħha, b'introduzzjoni u xi adatazzjonijlet, ħarġet bħala Ir-Rieda għall-Ħelsien, 1880-1905. (Akkademja għall-Iżvilupp ta' Ambjent Demokratiku, 1980). Ix-xogħoI ta' traduzzjoni kien sar minn Sylvana Cristina, gradwata bl-unuri fl-Istorja mill-Universita ta' Malta u, wara producer magħrufa fuq l-istazzjon taxxandir TVM, mnejn telqet fl-1988 għal kariga eżekuttiva f'kamp ieħor. (F'dik il-ħabta jien kont diġa' ħallejt il-gżira, u mort Ginevra naħdem ma' aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li tgħin li rrifuġjati). It-traduzzjoni ta' din it-tieni parti tax-xogħol saret minn Charles Dalli, student ta' l-Istorja fl-Universita ta' Malta u membru tal-Għaqda tal-Malti (Universita) li issa reġgħettwaqqfet. Hi traduzzjoni kapaċi u fidila li taqra tajjeb, u li tikteb il-kelma kif tinħass meta din tkun stranjiera u tirrendi ruħha għal trattament fonetiku. Madankollu id-Dalli m'hijiex waħda purista u hu stess iddeskriva l-posiżjoni lingwistika tiegħu miegħi bħala 'FriggieIjana', jiġifieri taċċetta kliem Maltin ta' kull nisel u tħaddimhom skond kif titlob lingwa ħajja u għammiela, ċioe mingħajr il-fisazzjoni antika dwar mnejn ġiet kelma jew oħra li tista' tintuża b'sinifikat preċiż. Id-direzzjoni fil-parti tat-teżi li għandna quddiemna hawn, kif jindika diġa isem il-ktieb "Lejn Gvern Responsabbli", teħodna mill-eqqel tal-kolonjaliżmu Ingliż fil-bidu ta' dan is-seklu, meta l-kostituzzjoni ta' "gvern rappreżentattiv" miksuba mill-Partito Nazionale kapitanat minn Fortunato Mizzi fl-1887, titneħħa fl-1903. Mit-tneħħija tal-kostituzzjoni fl-1903 sal-kisba ta' kostituzzjoni aħjar fl-1921, wara moviment diffiċli u kultant mifrud ta' reżistenza, hu perijodu ta' frustrazzjoni, ta' ripressjoni, ta' dilemma. Il-mistoqsija ċentrali - u forsi anki familjari għalina l-lum - hi: x'tagħmel meta int, oppożizzjoni li temmen li tirrappreżenta lill-maġġoranza, ma taċċettax il-leġittimita tal-gvern li int fl-istess ħin trid tinfluwenza u tbiddel? Dilemma kattiva. Biex tkompli, fil-bidu ta' dan is-seklu imutu ż-żewġ mexxejja l-iktar prominenti li kienu taw ħajja lill-bipartitiżmu Malti, Fortunat Mizzi fl-1905, l-iktar wieħed importanti mit-tnejn, u Sigismondo Savona, fl-1908 - li kienet propIju l-ħatra tiegħu bħala Rettur anglofil ta' l-Universita u Direttur ta' l-Edukazzjoni fl-1880 li pprovokat moviment ta' rizentiment u ta' reżistenza intemament diviżiva bħal qatt qabel.
Description: Published in English as Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/28607
Appears in Collections:Lejn gvern responsabbli, 1905-1921
Scholarly Works - InsMS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Messaġġi_mill-Imgħoddi_1990.pdf511.48 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.