Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29307
Title: Harsa generali lejn l-istatwi processjonali Maltin bhala metafora politika : l- istatwa ta’ San Filep u l-purcissjonijiet religjuzi gewwa Haz-Zebbug matul is-seklu dsatax
Other Titles: Statva Argentea : Luigi Fontana’s Silver statue of Saint Philip in Zebbug
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Feast of St. Philip of Agira -- Malta -- Zebbug
Feasts, Religious -- Malta -- History
Idols and images -- Worship
Statues -- Political aspects
Issue Date: 2013
Publisher: Għaqda Każin Banda San Filep
Citation: Mercieca, S. (2013). Ħarsa ġenerali lejn l-istatwi proċessjonali Maltin bħala metafora politika : l- istatwa ta’ San Filep u l-purċissjonijiet religjuzi ġewwa Ħaż-Żebbuġ matul is-seklu dsatax. In P. Balzan, J. P. Borg & P. Sciortino (Eds.), Statva Argentea : Luigi Fontana’s silver statue of Saint Philip in Żebbuġ (pp. 173-210). Żebbuġ : Għaqda Każin Banda San Filep.
Abstract: Fuq livell ikonografiku u artistiku, illum saret ħaġa anakronista li wieħed jagħmel statwi reliġjużi għall-purċissjonijiet, anki jekk f ’Malta, statwi reliġjużi litteralment għadhom moda u jsiru biex iżejnu t-toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna matul il-festi patronali. Biss dawn l-istatwi ma għadx baqgħalhom messaġġ reliġjuż xi jwasslu. Saru kitsch u qed isiru biex jikkreaw l-ispirtu ta’ party tant assoċjat illum ma’ dawn il-manifestazzjonijiet li saru aktar spettakli kulturali milli laqgħat ta’ ġabra reliġjuża. Anki l-ispirtu reliġjuż li dawn l-istatwi riedu jwasslu ġie maħnuq mid-dinja materjalistika li llum aħna kollha qed ngħixu fiha. Il-kreazzjoni ta’ statwi proċessjonali ġodda ma għadhiex iġġib magħha dik l-awra ta’ devozzjoni jew ta’ dak li jissejjaħ ethos reliġjuż li żviluppa b’mod partikolari fl-epoka romantika u f ’Malta, bħal fid-dinja Kattolika kollha, saħħet l-idea li teżisti filosofija ta’ arti Kristjana lil hinn mill-kurrenti ġenerali tal-arti. Għalhekk għad-dinja reliġjuża ġiet kreata arti oħra li f ’din id-dinja bdiet tkun identifikata bħala sekolari u dawn il-ħsibijiet għadhom jiddominaw il-filosofija u t-teoloġija Kristjana sal-ġurnata tal-lum. Ma għandix dubju, li dawk il-puritani tas-soċjetà Maltija jaraw f ’dawn il-festi ta’ żmienna d-deterjorament ta’ dak kollu li hu reliġjuż u l-istatwi proċessjonali jieħdu punt importanti f ’din il-kritika, bħala immaġni li qed imorru saħansitra kontra l-ewwel kmandament bibliku. Dan it-timbru ġdid qed ikun ta’ dannu għall-istess Knisja Kattolika Maltija, għaliex dawk li jixtiequ jgħixu l-fidi Kristjana tagħhom qed jaraw f ’dawn il-manifestazzjonijiet paganiżmu u tradizzjoni aktar milli devozzjoni li twassal għall-iżvilupp spiritwali tal-bniedem sħiħ. Biss anki hawn, il-ħsieb romantiku li akkumpanja l-espansjoni mondjali tal-Protestantiżmu matul is-seklu dsatax infiltra u daħal f ’pajjiżna. lllum ninsabu fil-punt fejn anki l-partiti politiċi ewlenin qed jagħrfu interlokuturi ġodda għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi Maltin. Qabel kien il-kappillan. Illum saru l-baned bil-kumitati tagħhom. Għalhekk ir-rwol li qabel kellha l-Knisja f ’dawn il-festi nbidel għalkollox.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29307
ISBN: 9789995705213
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Harsa_lejn_l-istatwi_processjonali_Maltin_bhala_metafora_politika_2013.pdf5.11 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.