Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29433
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorMercieca, Simon-
dc.date.accessioned2018-04-23T08:33:06Z-
dc.date.available2018-04-23T08:33:06Z-
dc.date.issued2017-
dc.identifier.citationMercieca, S. (2017). L-istorja minn wara l-kwinti tal-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ Raħal Ġdid. In Ikkonsagrata, Monument ta’ Fidi ta’ Poplu (pp. 29-44). Paola: Kummissjoni 50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokjali Matriċi Kristu Re.en_GB
dc.identifier.isbn9781234567897-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29433-
dc.description.abstractMeta kont ġejt avviċinat biex nikteb dwar il-konsagrazzjoni tal-knisja ta’Raħal Ġdid u ċ-ċerimonja li saret ħamsin sena ilu, indunajt kemm il-memorja storika ta’ fatt li ġara f’għomor ta’ bniedem hija diffiċli biex tibniha kompletament. Illum, ħafna qassisin li kienu preżenti għal dik iċ-ċerimonja ma għadhomx magħna. Meta bdejt ir-riċerka u sakemm ktibt dan l-artiklu, dawk fil-parroċċa li kien għad fadal kienu tlieta, jiġifieri, Dun Mario Agius, Monsinjur Edgar Attard u Monsinjur Lawrence Gatt. Minn dawn it-tlieta, l-aktar persuna li ftakar x’ġara sew dak inhar kien Dun Mario Agius. Ħafna mill-informazzjoni dwar dak li ġara’ dakinhar ġie mogħti lili minnu. Kien verament providenzjali, li lħaqtu fil-ħin u tani ħafna informazzjoni u anki laħaq qara t-test qabel ma bgħattu biex jiġi mitbugħ. Persuna oħra li kienet preżenti u llum qassis, u ħadet sehem fir-rit sagru kien Dun Pawl Galea. Galea kien għadu abbati f’dik il-ħabta. Kien għamel is-servizz li jkun wara l-arċisqof biex iżommlu l-mitra. Biss ftit li xejn jiftakar minn dak li ġara f’Raħal Ġdid dakinhar u dak li jiftakar ma jmurx lilhinn minn dak li nafu dwar dan il-jum. Imbagħad ma’ din ir-riċerka, żidt dak li ta tifel, bħala abbati f ’din il-knisja, kont niftakar qassisin jew persuni oħra jirrakkuntaw dwarha. Dun George Deguara dejjem kien jirreferi għal xi aspetti ta’ din iċ-ċerimonija, waqt il-prietka tal-Ħadd li fiha kienet tiġi kkommemorata l-konsagrazzjoni tal-knisja. F’dik l-okkazjoni, hu kien għadu seminarista. Dun Ġużepp Abdilla, Dun Eddie Huntingford u l-mibki u qatt minsi l-kappillan Dun Adolf Agius jew kif konna nafuh bħala Dun Dofi, ukoll ġieli tkellmu dwarha. Ma’ dawn l-istejjer ser inkun qed ninseġ stejjer oħra li smajt dwar il-bini ta’ din l-istess knisja, kif kienu jiġu rrakkontati lili mill-protagonisti nfushom u li llum ma għadhomx magħna. Magħhom għarrixt id-dokumentazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof iżda l-informazzjoni hija skarsa. Ftit li xejn il-gazzetti tkellmu dwarha. Ikolli nammetti li kienu dawn l-istejjer li kont nisma’ fis-sagristija li ġabuni nħobb l-istorja u llum saret parti integrali tal-professjoni tiegħi. Ta’ tifel fuq ruħi kont inħobb nixrob mingħand ix-xjuħ tar-raħal, li kienu jinġabru ta’ kull filgħaxija fis-sagristija, jirrakkuntaw ġrajjiethom u stejjer marbuta ma’ Raħal Ġdid. Fost dawn nixtieq insellem il-memorja ta’ Rogantin Nicholas, li kellu missieru, Antonio, veduttista. Kont nogħxa nisimgħu jitkellem fuq Santa Ubaldeska u l-bidu tal-parroċċa, waqt li missieru kien wieħed mill-promuturi għallbini ta’ din il-knisja.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherPaola : Kummissjoni 50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokjali Matriċi Kristu Reen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectBasilica of Christ the King (Paola, Malta) -- Historyen_GB
dc.subjectPaola (Malta) -- Historyen_GB
dc.titleL-istorja minn wara l-kwinti tal-konsagrazzjoni tal-knisja ta’ Rahal Gdiden_GB
dc.title.alternativeIkkonsagrata, Monument ta’ Fidi ta’ Popluen_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L-istorja_minn_wara_l-kwinti_tal-konsagrazzjoni_tal-knisja_ta’_Raħal_Ġdid_2017.pdf818.79 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.