Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29434
Title: Eddie Fenech Adami u principji bazici li jiffurmaw il-Partit Nazzjonalista
Other Titles: L-avukat Eddie Fenech Adami bejn storja u miti, gabra ta’ kitbiet
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Fenech Adami, Edward, 1934-
Partit Nazzjonalista (Malta)
Issue Date: 2017
Publisher: Horizons
Citation: Mercieca, S. (2017). Eddie Fenech Adami u prinċipji bażiċi li jiffurmaw il-Partit Nazzjonalista. In S. Grech (Ed.), L-avukat Eddie Fenech Adami bejn storja u miti, ġabra ta’ kitbiet (pp. 221-226). Qormi: Horizons.
Abstract: Waqt waħda mil-laqgħat li kelli, bħala membru tal-Kummissjoni magħmula mill-Partit Nazzjonalista biex tanalizza r-riżultat elettorali tal-2013 ma’ diversi sezzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, iltqajt ma’ mara anzjana, iżda verament simpatika u attiva ħafna fil-Partit Nazzjonalista. Kellmitni dwar l-esperjenzi tagħha fil-Partit Nazzjonalista. Hija qaltli li ilha timmilita fil-partit għal dawn l-aħħar 20 sena. Iżda l-ġibda lejn l-ideali tal-Partit Nazzjonalista jmorru wkoll lejn it-tfulija tagħha. Qaltilna li missierha kien Għawdxi. Biss mindu kienet żgħira ġiet imtellgħa fil-Partit Nazzjonalista. Kien żmien meta l-Partit Nazzjonalista kien meqjus bħala l-Partit ta’ Għawdex. Hi rrakkuntat diskursata li darba, ta’ tifla żgħira, kellha diskursata man-nannu tagħha. Dan in-nannu, darba staqsieha, “Taf aħna min aħna?’ Ta tifla li kienet, pront pront qaltlu l-kunjom u l-laqam ta’ kif in-nies kienu jafuhom. Iżda hu weġibha, “Le! Aħna Nazzjonalisti.” Dan hu t-tip ta’ partit li Eddie Fenech Adami sab quddiemu meta ġie elett kap fl-1977. Stejjer bħal dawn żgur li kienu jgħiduhom l-attivisti fiż-żewġ partiti ewlenin Maltin. Forsi llum diskors bħal dan mat-tfal jiġi interpretat bħala indottrinazzjoni u għalhekk qed jonqsu fost il-partitarji taż-żewġ partiti. Żgur, iżda, li l-alleanzi storiċi fi ħdan il-partiti politiċi marbutin mal-mod ta’ kif il-familji kienu jivvutaw se jkomplu jonqsu filfutur. Naħseb dan hu grazzi għall-mod ta’ kif ħaddem il-politika Eddie Fenech Adami. Ma kinetx politika perfetta. Kellha l-partiġjaniżmu tagħha iżda l-ikbar konkwista li għamel il-Partit Nazzjonalista kienet dik fl-edukazzjoni. L-edukazzjoni ma baqgħetx meqjusa biss bħala l-għodda li tagħti l-ħiliet bażiċi tal-qari u l-kitba, kif kien qed jaraha l-Partit Laburista sal-1987, iżda issa sar ukoll mezz biex il-persuna tkun tista’ tifforma l-ħsieb, b’mod indipendenti, fuq dak li taqra. Jekk kien hemm prova tas-suċċess ta’ din il-politika Nazzjonalista kienet l-elezzjoni tal-2013. Il-Partit Nazzjonalista llum huwa aktar fraġli mil-Labour, fejn jidħol il-‘core voters’ tiegħu. Fil-Labour, dan il-‘core voter’, jiġifieri li persuna tiddikjara li hija partitarja Laburista sal-mewt, għadu b’saħħtu. Hu aktar b’saħħtu minn dak tal-Partit Nazzjonalista. Biss din ir-riforma se tilħaq il-Partit Laburista wkoll. Matul l-ewwel ħames snin tal-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat, dawk il-partitarji Laburisti li qed juru tħassib dwar il-politika tal-Gvern żdiedu iżda ma waslux fl-istadju li jaqsmu t-triq. Dan naħseb huwa waħda mir-raġunijiet li jikkonfermaw għala l-Labour ġab ir-riżultat li ġab fl- 2017. Miegħu irid jiżdied, u dan se jkun il-bażi ta’ din l-analiżi, li l-Partit Nazzjonalista qed jitbiegħed mill-għeruq storiċi tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29434
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L-Avukat_Eddie_Fenech_Adami_u_l-principji_bazici_tal-Partit_Nazzjonalista_2017.pdf243.2 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.