Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/30522
Title: Is-sena 1851 u t-twaqqif tal-Casino Cospicuano
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Cospicua (Malta) -- History
Band clubs -- Malta -- Cospicua
Socjeta Filarmonika San Gorg (Cospicua, Malta)
Issue Date: 2017
Publisher: Leħen il-Banda San Ġorġ Bormla A.D. 1862
Citation: Mercieca, S. (2017). Is-sena 1851 u t-twaqqif tal-Casino Cospicuano. Leħen il-Banda San Ġorġ Bormla A.D. 1862 Festa Immakulata Kunċizzjoni 2017, 100-107.
Abstract: Id-data tat-twaqqif tal-Banda ta’ Bormla hija waħda problematika. Is-sena 1862 hija mogħtija bħala d-data li fiha twaqqfet din il-banda. Dan hu bbażat fuq il-minuti tas-Seduta Ġenerali tal-Bandisti Propjetarji ta’ dan il-każin li kienet saret fit-28 ta’ Ottubru tas-sena 1931. F’minuta 7, hemm irregistrat li ‘il-kaxxier qal illi is-Soċjetà ilha imwaqqfa mil-1862 u ... huwa ġa sab kuntratt magħmul għand in-Nutar Salvatore Scifo bejn il-banda u l-ewwel surmast li kien fundatur tal-banda Lorenzo Grima”. In-nutar Scifo kien wieħed mill-aktar nutara ħawtiela ġewwa Bormla f’nofs is-seklu dsatax. Anzi ngħid li kien l-aktar nutar attiv f’Bormla f’dik il-ħabta. Hu ħadem ta’ nutar bejn l-1848 u l-1875. Personalment fittixt l-atti tan-nutar Scifo għas-sena 1862 u ma sibt xejn dwar it-twaqqif tal-Banda San Giorgio ta’ Bormla. L-atti tan-nutar Scifo jinsabu fl-arkivju nutarili ġewwa Triq San Kristofru fil-belt Valletta. Fittixt qabel u anki wara din id-data u xorta ma sibt xejn. Dan ifisser li f’dik is-sena, u lanqas ta’ qabel u anki ta’ wara, ma sar l-ebda att nutarili dwar it-twaqqif tal-Banda San Giorgio ta’ Bormla. Mela meta twaqqfet il-banda?
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/30522
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Is-sena_1851_u_t-twaqqif_tal-Casino_Cospicuano_2017.pdf347.01 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.