Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/31624
Title: Il-marci funebri u muzika ohra b'rabta mal-Gimgha Mqaddsa fix-xogholijiet tas-Surmast Miruzzi
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Miruzzi, Antonio, 1867-1944
Good Friday music -- Malta
Composers -- Malta -- 20th century
Composers -- Malta -- 19th century
Band music -- Analysis, appreciation
Issue Date: 2017
Publisher: Luqa : Għaqda Mużikali Sant’Andrija
Citation: Pirotta, M. (2017). Il-marci funebri u muzika ohra b'rabta mal-Gimgha Mqaddsa fix-xogholijiet tas-Surmast Miruzzi. Festa titulari Sant’ Andrija 2017. Għaqda Mużikali Sant’ Andrija A.D. 1883, 161-165
Abstract: Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tidher li bdiet hawn Malta fi żmien il-Kavallieri. Dawn il-manifestazzjonijiet kienu jkunu akkumpanjati mid-daqq tal-fifra u tanbur fuq quddiem, u ġieli wkoll, xi strumenti tal-korda. Maż-żmien imbagħad, bdiet tieħu sehem xi banda żgħira tixbah ‘il dik ‘Ta’ Indrì’ fuq in-naħa ta’ wara tal-purċissjoni, aktarx bejn il-vari tal-Monument u d-Duluri. Iżda, il-qabża l-kbira f’dak li hu daqq ta’ marċi funebri minn banda kif nafuha llum seħħet għal nofs is-seklu dsatax meta fl-ibliet u l-irħula l-aktar antiki bdew jiffurmaw ruħhom l-ewwel soċjetajiet mużikali fuq il-mudell ta’ baned militari Ingliżi. Aktarx li, kull fejn kien hemm purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kont issib il-banda tar-raħal takkumpanjaha. Din kienet tieħu postha eżatt quddiem il-Vara l-Kbira peress li din tal-aħħar kienet toffri l-qofol f’manifestazzjoni simili. Meta mbagħad, fiż-żmien ħafna aktar riċenti, f’xi bliet u rħula nibtet it-tieni banda lokali, il-purċissjonijiet bdew jinkluduhom it-tnejn, b’waħda ddoqq fuq quddiem, aktarx quddiem l-istatwa tal-Ort, u l-oħra fuq wara kif għedna.
Description: This article includes the following images : Mro. Antonio Miruzzi - Stabat Mater - Marc Funebri ta' Miruzzi (score) - Il-Gimgha l-Kbira (fifra u tambur)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/31624
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.