Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/34813
Title: | Francesco Zahra (1710-1773) : 300 sena minn twelidu |
Authors: | Aquilina, Sunny |
Keywords: | Zahra, Francesco Vincenzo, 1710-1773 Zahra, Francesco Vincenzo, 1710-1773 -- Criticism and interpretation Painters -- Malta -- 18th century Painting -- Malta -- 18th century Cottonera (Malta) -- History -- 18th century |
Issue Date: | 2010 |
Publisher: | Cospicua : Kumitat Festa Esterna ta' Marija Immakulata |
Citation: | Aquilina, S. (2010). Francesco Zahra (1710-1773) : 300 sena minn twelidu. Programm tal-festa ta' Marija Immakulata, Belt Cospicua, festa 2010 : 425 sena Parroċċa, 1586-2011, 93-99 |
Abstract: | Din is-sena, 2010 jahbat gheluq it-tliet mitt sena mit-twelid ta' wiehed mill-artisti kbar Maltin, Francesco Zahra. Huwa ghandu xoghol f'bosta knejjes f'Malta u Ghawdex u ghadd sabih ta' pitturi ghamilhom ghall-knejjes gewwa Bormla, l-aktar ghall-knisja parrokkjali, kif sejrin naraw.Huwa xieraq ghalhekk Ii naghtu harsa lejn il-hajja ta' dan il-pittur maghruf u nsiru nafu aktar dwar ix-xoghol tieghu. Ta' min jghid li Francesco kien bin l-arti, nannuh Antonio kien skultur imma aktar maghrufkien missieru Pietro Paolo Zahra (1685-1747) Ii kien imsemmi ghall-iskultura fil-gebel hekk Ii kienu jsejhulu "Tal-Iskarpellin". F'Bormla ghandna wkoll xoghlijiet ta' missieru kemm fil-knisja parrokkjali fejn ghamel in-nicca ta' Gesu Bambin fuq l-artal ta' Pentecoste u San Guzepp u wkoll fl-Oratorju. P. Paolo izzewweg IiI Augustina Casanova fil-parrocca tal-Isla fl-l ta' Awwissu, 1706. Francesco kien it-tieni wild u l-ewwel tifel Ii kellhom. Twieled I-Isla til-15 ta' Dicembru, 1710 u tghammed fil-knis ja parrokkjali ta' belt twelidu fl-istess jum. Tawh l-ismijiet Vincenzo Francesco u bdew isejhulu Francesco. Kellhom bosta tfal ohra fosthom Rosa, Maddalena, Margherita, Maria, Felice, Benedetto u Oratio Nicola Ii miet zghir. Naturalment l-ewwel taghlim hadu minn ghand missieru imma deher Ii Francesco kien aktar inklinat lejn il-pittura. Ha taghlim kemm fid-disinn kif ukoll fl-ilwien mill-artist Gian Nicola Buhagiar (1670- 1745) li kien minn familja ta' artisti. Il-familja ta' Zahra u Buhagiar kienu hbieb kbar. X'aktarx li dan il-pittur qatt rna mar barra minn Malta. Edward Sammut fil-ktieb tieghu Art in Malta jikteb li m'hemmx dubju li l-istil tal-pitturi kbar tieghu ghall-knejjes huma fuq l-istil tal-iskola Naplitana. Mhux hafif tghid kif ix-xoghlijiet tieghu huma daqshekk qrib it-tradizzjoni Barokka Naplitana. Huwa ghex fi zmien meta kien hawn bosta xoghol ta' skultura u pittura religjuza. Naturalment xi ftit kien ukoll imnebbah mill-artisti li gew qablu uta' zmienu imma hu lahaq il-quccata. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/34813 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCFAPai |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Francesco Zahra.pdf | 815.78 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.