Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/35592
Title: Ir-Re Dwardu VII u l-Banda King's Own
Authors: Portelli, Joseph
Keywords: Socjeta Filarmonika ‘King’s Own’ (Valletta, Malta) -- History
Band clubs -- Malta -- Valletta -- History
Edward VII, King of Great Britain, 1841-1910 -- Travel -- Malta
Music patronage -- Malta -- Valletta
Valletta (Malta) -- History -- British occupation, 1800-1964
Malta -- History -- British occupation, 1800-1964
Issue Date: 1990
Publisher: Valletta : Kumitat Festi Esterni San Duminku
Citation: Portelli, J. (1990). Ir-Re Dwardu VII u l-Banda King's Own. Programm tal-Festa ta San Duminku ta' Gużman fil-Belt Valletta, 1990 , 51
Abstract: Fl-1876, sentejn wara li l-Banda ġiet imwaqqfa taħt l-isem "LA STELLA", Prince Albert, il-Prinċep ta' Wales, iben ir-Regina Vittoria ġie jagħmel żjara uffiċjali f' Malta fi triqtu lura lejn lIngilterra mill-Indja. Il-Prinċep kien diġa żar Malta fI-1862 u fI-1867. Albert kien popolari ħafna hawn Malta. Fuq talba tal-Kumitat f'isem il-membri tas-Soċjeta, il-Prinċep aċċetta li jkun il-Patrun tal-Banda u li din tieħu l-isem "His Royal Highness The Prince of Wales Band". Din l-aħbar ġiet mogħtija lis-Surmast Direttur tal-Banda Mro. Filippo Galea mill-Gvematur ta' Malta, J.L.M. Simmons fid-29 ta' Lulju 1885. Meta fit-23 ta' Jannar 1901 mietet ir-Reġina Vittoria, il-Prinċep ta' Wales inħatar Re. Hu ħa lisem ta' Dwardu VII. Il-Majesta Tiegħu r-Re bil-pjaċir kollu laqa' x-xewqa tal-Kumitat li jibqa' l-Patrun tal-Banda u s-Socjeta' u b'hekk l-isem sar "The King's Own Band". Il-Gvernatur ta' Malta Sir F. Grenfell ġie nfurmat b'dan mis-Segretarju tal-Kolonji, Joseph Chamberlain fI-4 ta' Marzu 1901.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/35592
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
IR-RE DWARDU VII U L-BANDA KING'S OWN.pdf454.57 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.