Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37535
Title: | Aspetti lessikali u grammatikali fil-glossarju pirotekniku |
Authors: | Grima, Carlston |
Keywords: | Maltese language -- Periodicals Fireworks -- Malta Pyrotechnists -- Malta Maltese language -- Glossaries, vocabularies, etc. Linguistics -- Malta |
Issue Date: | 2016 |
Publisher: | Għaqda tal-Malti (Universita’) |
Citation: | Grima, C. (2016). Aspetti lessikali u grammatikali fil-glossarju pirotekniku. Leħen il-Malti, 35, 144-152. |
Abstract: | Il-piroteknika hija sengħa ħajja mħaddma minn pirotekniċi żgħażagħ u anzjani b’mod volontarju, biex wara ħafna sagrifiċċju jsarrfuha fi prodott jew xogħol tan-nar li jiddistingwina minn kull pajjiż ieħor. L-għan ta’ dan l-artiklu hu li nagħti ħarsa dettaljata lejn l-aspetti lessikali u grammatikali interessanti li nsibu fil-glossarju pirotekniku ta’ din is-sengħa fil-kumplessità tagħha. Il-glossarju huwa tip ta’ varjazzjoni lingwistika li mhuwiex assoċjat ma’ post ġeografiku imma ma’ gruppi ta’ nies li għandhom l-istess interessi jew ma’ ċirkostanzi ta’ użu partikolari bħalma huwa xogħol jew sengħa. Trudgill ifissru bħala “varjazzjonijiet lingwistiċi li huma marbuta mal-professjoni, okkupazzjonijiet u anke suġġetti”. Dan l-artiklu huwa mqassam f’seba’ taqsimiet: il-kliem kompost, l-għadd tan-nom, il-forom aġġettivali, il-proċessi metaforiċi, il-kliem onomatopejku, il-kliem partikolari għal dan il-glossarju, u t-termini li mhumiex reġistrati fid-dizzjunarju jew ma jingħatawx bit-tifsira assoċjata mal-logħob tan-nar. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37535 |
Appears in Collections: | Lehen il-Malti (2016) - Ghadd 35 Leħen il-Malti (2016) - Għadd 35 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Aspetti lessikali u grammatikali fil-glossarju pirotekniku.pdf | 72.14 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.