Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37850
Title: In-natura tal-krizi ezistenzjali mgarrba f’’Il- Gagga’ u ‘Samuraj’ ta’ Frans Sammut
Authors: Galea, Silvio
Keywords: Existentialism in literature
Sammut, Frans, 1945-2011. Gagga -- Criticism and interpretation
Sammut, Frans, 1945-2011. Samuraj -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2018
Citation: Galea, S. (2018). In-natura tal-krizi ezistenzjali mgarrba f’’Il- Gagga’ u ‘Samuraj’ ta’ Frans Sammut (Master's dissertation).
Abstract: Fil-ħajja l-bniedem jgħaddi minn esperjenzi kuntrastanti, daqqa minn mumenti sbieħ u daqqa minn mumenti koroh. Jista’ jingħad li kull esperjenza tħalli l-impatt tagħha fuq il- personalità tal-individwu, u ħafna drabi dan l-impatt jissarraf f’sensiela ta’ mistoqsijiet. Fost dawn il-mistoqsijiet il-bniedem jistaqsi dwar x’inhu l-iskop tal-eżistenza tiegħu, x’jikkostitwixxi l-identità tiegħu, x’jitlob minnu l-jien, x’jikkontribwixxi għall-kuxjenza personali u mistoqsijiet oħra li jikkonċernawh direttament. It-tweġibiet jistgħu jieħdu diversi forom. L-awturi Maltin ukoll jissieħbu fit-tqanqil ta’ dawn il-mistoqsijiet. B’mod partikolari mis-snin sittin ’l hawn huma, aktarx aktar minn qatt qabel, fittxew li jibdew jidħlu fil-ġewwieni tal-karattri li joħolqu. L-għan primarju ta’ din ir-riċerka huwa li jipprovdi analiżi tal-kunflitt intern li l-kittieb Frans Sammut joħloq fil-karattri ta’ Fredu Gambin u ta’ Samwel, kif irrappreżentati f’Il-Gaġġa u f’Samuraj. Il-kunflitt li jaħkem il-ġewwieni ta’ dawn il-karattri ċentrali jwassal ħafna drabi għal kriżi eżistenzjali. Din il-kriżi se tiġi analizzata permezz tal- applikazzjoni tal-filosofija eżistenzjalista, li f’xi istanti hi illustrata fid-dawl ta’ teoriji ta’ bixra psikoloġika. Għalkemm il-kunflitt li Fredu Gambin u Samwel jgħaddu minnu jista’ jitqies bħala wieħed simili, minħabba l-fatt li t-tnejn jesperjenzaw il-kunflitt tad-dinja ġewwinija ma’ dik esterna, hemm ukoll x’jiddistingwihom. Fil-fatt, wieħed jinnota li dawn il-karattri ċentrali t-tnejn li huma jirreaġixxu b’mod differenti għall-kriżi li taħkimhom, bit-tama li jsibu rimedju ta’ kif jistgħu jfiqu minnha. B’hekk, biex tkun tista’ tiġi studjata n-natura tal-kriżi fl- isfond tal-karattri ċentrali li jippreżenta r-rumanzier, se tintuża metodoloġija kritika li permezz tagħha, in-natura tal-kriżi se tiġi mistħarrġa b’mod aħjar. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tat-teorija fl-analizzar tat-testi titfa’ dawl siewi fuq l-imġiba tal-karattri protagonisti, imġiba li tikkuntrasta ma’ dak li timponi l-inibizzjoni tradizzjonali tar-Raħal li jgħixu fih.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37850
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MAMAL001.pdf
  Restricted Access
1.53 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.