Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37988
Title: Traduzzjoni mill-ispanjol ghall-Malti ta’ xi siltiet mill-komiks Mafalda ta’ Quino
Authors: Cassar, Rachel
Keywords: Comic books, strips, etc. -- Translating
Comic books, strips, etc. -- Spain -- Translations into Maltese
Quino. Mafalda -- Criticism and interpretation
Mafalda (Fictitious character : Quino)
Issue Date: 2018
Citation: Cassar, R. (2018). Traduzzjoni mill-ispanjol ghall-Malti ta’ xi siltiet mill-komiks Mafalda ta’ Quino (Master's dissertation).
Abstract: L-għan ta’ dan l-istudju huwa li jikkontribwixxi għal fehim aħjar f’dik li hi traduzzjoni tal-komiks inġenerali, b’mod speċjali komiks mil-lingwa Spanjola tradotti għall-Malti, b’mod partikolari komiks umoristiċi. Meta wieħed jittraduċi komik, jiltaqa’ ma’ ħafna pekuljaritajiet, iżda meta wieħed jittraduċi komik li jirrenja fuq l-umoriżmu, ix-xogħol isir iktar diffiċli għax dawn il-partikularitajiet jiżdiedu u jvarjaw b’mod sħiħ bejniethom. Sabiex traduttur jirnexxilu jikseb traduzzjoni effettiva ta’ dan il-livell, għandu joqgħod attent għal kull dettall preżenti, sal-iċken wieħed; kif ukoll iħaddem strateġiji u metodoloġiji varji biex jgħinuh jikseb ir-riżultat mixtieq. Dan l-istudju se jkun qed jilħaq dan l-objettiv billi jittratta t-traduzzjoni tal-ewwel komik mis-sensiela tant famuża Mafalda ta’ Quino, flimkien mal-analiżi tal-istess traduzzjoni. Sabiex dan l-għan jintlaħaq, l-ewwel ħaġa li wieħed għandu jifhem, speċjalment jekk mhux familjari ma’ dan il-ġeneru letterarju, hi minn xiex jikkonsisti. Għaldaqstant, dan l-istudju jiftaħ bi spjegazzjoni ta’ x’inhu komik bil-ħsieb loġiku bbażat fuq il-fehim u t-tagħlim tal-elementi differenti li komik jinkludi fih, bħall-illustrazzjonijiet li jakkumpanjaw lit-test, flimkien ma’ xi kodiċi verbali li flimkien mal-elementi l-oħra jiffurmaw l-arti sekwenzjali; liem skop hu diskuss fl-ewwel kapitlu. F’dan il-kapitlu nkomplu nitkellmu mbagħad fuq l-oriġini u l-evoluzzjoni tal-istorja tal-komiks mill-bidu sal-ġurnata tal-lum b’mod ġenerali madwar id-dinja, kif ukoll b’mod iktar speċifiku fil-kuntest Malti fit-tieni kapitlu. Dan għandu jservi bħala perspettiva iktar mifruxa tat-tendenzi globali li varjaw matul is-snin, tendenzi ta’ stili u għodda li huma magħmulin bi ħsieb intenzjonat u mhux b’sempliċement kumbinazzjoni. Fl-ewwel kapitlu naraw ukoll l-importanza tal-komiks, kif kienu meqjusa fis-seklu għoxrin u qabel, u kif eventwalment dan il-ġeneru letterarju kiseb suċċess madwar id-dinja tul dawn is-snin. Fit-tielet kapitlu mbagħad nitkellmu fuq l-awtur tal-komik tradott, fuq l-oriġini ta’ dan il-komik u fuq is-suċċess li akkwista. Saħansitra nibdew nifhmu min huma l-karattri prinċipali u x’sitwazzjonijiet kapaċi niltaqgħu magħhom hekk kif niddiskutu daqsxejn l-isferi soċjali u poltiċi tal-perjodu li fih huwa ambjentat dan il-komik. It-traduzzjoni, inkorporata fir-raba’ kapitlu ta’ dan l-istudju, tittratta appuntu komik umoristiku biex wieħed ikun jista’ josserva kif l-istrateġiji diskussa fl-ewwel kapitlu ġew applikati fiha. Apparti minn hekk, l-analiżi li ssegwi għandha tgħin lill-qarrejja u lill-istudjużi tat-traduzzjoni jifhmu iktar aħjar kif jittieħdu ċerti deċiżjonijiet rigward komiks inġenerali, b’mod speċjali dawk li jirrenjaw fuq l-umoriżmu u l-logħob tad-diskors. Finalment naraw ukoll b’mod ġenerali u b’mod iktar speċifiku fl-analiżi, ma’ liem tip ta’ sfidi jista’ traduttur jiltaqa’ hu u jittraduċi komik. Sfidi li sfortunatament it-traduttur mhux dejjem ikun jista’ jegħleb. Għaldaqstant se nkunu qegħdin nagħtu ħarsa wkoll lejn xi soluzzjonijiet li t-traduttur jista’ juża meta jsib ruħu f’diffikultà. Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-għan ta’ dan l-istudju hu li jwassal għal iktar interess fi ħdan il-ġeneru letterarju tal-komiks u li iktar xogħlijiet ta’ dan it-tip jiġu tradotti biex b’hekk flimkien inkomplu nkattru dak li qed nibnu, u apparti minn hekk ikomplu jinfetħu iktar toroq għal dawk interessati f’dan il-qasam tat-traduzzjoni.
Description: M.TRANSLATION&TERMINOLOGY
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37988
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtTTI - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MATTI004.pdf
  Restricted Access
19.83 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.