Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37992
Title: Glossarju ta’ termini dwar is-sigurtà u r-riskji relatati mal-ikel
Authors: Grech, Omar (2018)
Keywords: Food contamination
Food security
Food industry and trade -- Terminology
Translating and interpreting
Issue Date: 2018
Citation: Grech, O. (2018). Glossarju ta’ termini dwar is-sigurtà u r-riskji relatati mal-ikel (Master's dissertation)
Abstract: Il-kamp tas-sigurtà u r-riskji relatati mal-ikel huwa wieħed vast li jinkorpora serje ta’ oqsma. Il-katina alimentari għaddejja minn tiġdid kontinwu sforz il-globalizzazzjoni u l-eżiġenzi ta’ stili ta’ ħajja dejjem aktar dinamiċi. Minkejja hekk, il-konsumatur aħħari sar aktar konxju ta’ saħħtu u sar ifittex dejjem aktar l-informazzjoni dwar l-ikel li jikkonsma. Dawn il-fatturi taw lok għall-ħolqien ta’ kunċetti ġodda marbutin mad-diversi lati tal-katina alimentari. Dawn il-kunċetti emerġenti sabu rwieħhom fix-xenarju lokali f’dak li jirrigwarda s-sigurtà u r-riskji relatati mal-ikel. Safrattant it-terminoloġija bil-Malti li tirrappreżenta dawn il-kunċetti ma mxietx b’mod parallel mal-introduzzjoni ta’ dawn il-kunċetti. Fil-fatt hemm vojt sostanzjali fejn jidħlu termini bil-Malti li jirrefru għalihom. Din ir-riċerka għandha l-għan li timla xi ftit minn dan il-vojt li jeżisti f’dan il-qasam. B’mod partikolari, dawn il-160 terminu miġburin f’din it-teżi ser iservu ta’ għajnuna lill-ispettorat fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali li huwa l-korp lokali responsabbli mill-ħarsien tas-sigurtà tal-ikel. Il-proċess li wassal għal dawn il-160 terminu segwa l-istandards internazzjonali tat-terminoloġija u l-prinċipji kif deskritti mill-istudjużi ewlenin tal-qasam. Barra minn hekk saru konsultazzjonijiet ma’ tliet esperti prattikanti fis-saħħa u s-sigurtà tal-ikel. L-esperjenza personali bħala uffiċjal fl-ispettorat tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali serviet ukoll ta’ pjattaforma soda li għenet waqt ix-xogħol terminoloġiku. Din ir-riċerka wriet li minkejja x-xogħol terminoloġiku bil-Malti ppreżenta diversi diffikultajiet, dawn ingħelbu permezz tal-kriterji kif deskritti fl-istandards internazzjonali tat-terminoloġija. Il-ħolqien ta’ dan il-glossarju wera wkoll li jista’ jsir aktar xogħol terminoloġiku fil-kamp tal-katina alimentari li jolqot aktar mill-qrib is-sitwazzjoni lokali.
Description: M.TRANSLATION&TERMINOLOGY
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37992
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtTTI - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MATTI006.pdf
  Restricted Access
2.92 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.