Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/38066
Title: Traduzzjoni u analizi tad-dramm Bodas de sangre ta’ Federico Garcia Lorca
Authors: Psaila, Catherine
Keywords: García Lorca, Federico, 1898-1936. Bodas de sangre -- Translations into Maltese
Spanish drama (Tragedy)
Translating and interpreting
Issue Date: 2018
Citation: Psaila, C. (2018). Traduzzjoni u analiżi tad-dramm Bodas de sangre ta’ Federico García Lorca (Master's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju huwa bbażat fuq it-traduzzjoni ta’ Bodas de Sangre miktub mid-drammaturgu Spanjol Federico García Lorca. Għażilt li nidħol għal din il-biċċa xogħol għaliex minn dejjem kien jolqotni l-mod kif jikteb u t-temi reali li jittratta García Lorca, infatti, ħafna minn xogħlijietu huma mera tas-soċjetà li kien jgħix fiha. L-iskop ewlieni hu li tinħoloq verżjoni bil-Malti, sabiex tingħalaq it-triloġija tradotta bil-Malti tad-drammi ta’ García Lorca. Ittieħed f’kunsiderazzjoni wkoll iċ-ċans li ’l quddiem, din it-traduzzjoni tkun tista’ tintuża bħala skript sabiex tittella’ fuq il-palk Malti. Se jkunu qed jingħataw ukoll għadd ta’ noti fl-aħħar tat-Tielet Kapitlu fejn se jiġu spjegati ċerti raġunijiet, deċiżjonijiet u għażliet li ttieħdu. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala linji gwida għal min jixtieq jifhem ċerti kunċetti aktar mill-qrib. Naturalment, biex ix-xogħol prattiku jsir bl-aħjar mod, għandu jkun hemm ir-riċerka. Din it-teżi għandha l-għan li tixħet iktar dawl fuq il-qasam tat-traduzzjoni teatrali. Infatti, se jkunu qed jiġu mistħarrġa t-teoriji ewlenin dwar it-traduzzjoni tad-drama u l-poeżija kif ukoll xi punti meqjusa bħala problematiċi mit-teoristi fejn tidħol it-traduzzjoni għall-palk. L-għan ta’ din it-traduzzjoni hu li jitwassal l-istess sens, bid-deskrizzjonijiet u d-dettalji kif kitibhom u ddeskrivihom Federico García Lorca nnifsu, imma f’lingwa differenti.
Description: M.TRANSLATION&TERMINOLOGY
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/38066
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtTTI - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MATTI011.pdf
  Restricted Access
1.86 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.