Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4170
Title: Il-pronunzja tas-suffiss pronominali : studju soċjolingwistiku tal-varjanti : [ɐ:] ˜ ['ɐħ:ɐ]; [ɔ:m] ˜ ['ɐħ:ɔm]; [ɐ'ʊlʊ] ˜ [ɐ'ħ:ʊlʊ]
Authors: Sammut, Christina
Keywords: Maltese language -- Grammar, Generative
Sociolinguistics -- Malta
Maltese language -- Phonetics
Linguistics -- Malta
Issue Date: 2011
Abstract: Il-parti l-kbira tal-grammatiki jenfasizzaw l-ortografija. Fil-lezzjonijiet tal-Malti, ħafna mit-taħriġ hu għalkollox ortografiku. Għaldaqstant ser nittratta l-Malti mitkellem li mhuwiex jingħata l-importanza mistħoqqa u nagħti ħarsa lejn il-perċezzjonijiet marbuta ma’ pronunzji differenti msejħa varjetajiet lingwistiċi. Il-qofol tar-riċerka tiegħi hu bbażat fuq pronunzja partikulari, il-pronunzja tas-suffissi pronominali fit-tielet persuna singular femminil -aha, fit-tielet persuna singular maskil b’oġġett dirett u indirett -ahulu u fittielet persuna plural -ahom, fi kliem bħal sparaha, tiddisturbahom u jimmarkahulu. Dan il-kliem, għalkemm skont ir-regola stabbilità hu ppronunzjat b’realizzazzjoni vokalika, ngħidu aħna: [tɪd:ɪstʊr'bɔ:m] tiddisturbahom u [jim:ɐrkɐ'u:lʊ] jimmarkahulu, nisimgħu kelliema, speċjalment ta’ età żgħira, li jlissnuh b’ħ doppja, ngħidu aħna: [tɪd:ɪstʊr'bɐħ:ɔm] u [jɪm:ɐrkɐ'ħ:ulʊ]. Din is-sitwazzjoni qanqlitli interess u kurżità, għalhekk iddeċidejt li nagħmel analiżi soċjolingwistika ta’ dan il-fenomenu aktarx riċenti u tant diskuss, biex noħroġ għad-dawl ir-relazzjonijiet possibbli li hemm bejn il-pronunzji ['ɐħ:ɐ], [ɐ:] u l-varjabbli soċjali, ngħidu aħna s-sess, l-età, il-lokalità, l-edukazzjoni u l-istandard/id-djalett. Il-punt tat-tluq ta’ din it-teżi jikkonsisti fi preskrizzjonijiet meħuda minn kotba li jittrattaw il-perċezzjonijiet dwar varjetajiet lingwistiċi inġenerali, ngħidu aħna pronunzji differenti mill-istandard u d-djaletti, kif ukoll ir-raġunijiet soċjali marbuta magħhom. Fit- tieni kapitlu nuri l-preskrizzjonijiet li jagħtu l-grammatiki Maltin u nikkonferma n-nuqqas ta’ importanza li tingħata lill-pronunzja. Fit-tielet kapitlu nagħti ħarsa storika ħafifa tal-bdil fil-ħoss tas-suffissi –aha, - ahom u -ahulu. Mis-sekli 16-19, insibu evidenza, li l-h kienet imlissna [ħ] għalhekk dawn is-suffissi kienu jkunu rrealizzati ['ɐħ:ɐ], ['ɐħ:ɔm] u [ɐˈħ:ʊlʊ] ngħidu aħna, missierħa, razzitħa (Vella 2006: 189), u taħsadħom (Vella 2006: 223). Fir-raba’ u fil-ħames kapitlu, nispjega l-metodoloġija tal-istħarriġ u r-riżultati tarriċerka kwantitattiva tal-pronunzja fis-sitwazzjoni preżenti. Fl-ewwel parti niddiskuti listudju pilota b’kampjun ta’ 33 parteċipant biex niddetermina l-problemi li jistgħu jinqalgħu fi stadju bikri. Fis-sitt kapitlu nippreżenta l-istudju attwali b’kampjun ta’ 120 parteċipant, bi ftit tal-modifikazzjonijiet fl-istruttura, iżda niffoka fuq żewġ varjabbli li huma l-età (b’indikazzjoni mill-istudju pilota) u l-istandard/djalett. Xorta ħriġt xi spunti mill-bqija talistatistika li tinvolvi l-varjabbli sekondarji. Inkludejt il-verbi ibigħu u jiġmagħhom, biex forsi naqta’ ftit tal-kurżità li għandna dwarhom, iżda l-qafas ta’ din it-teżina hu l-istħarriġ tat-tliet suffissi magħqudin fit-tabelli f’forma A, B, u C; għaldaqstant, il-punt fokali kien fuqhom. Fiż-żewġ studji, użajt metodu orali b’silta dwar il-kaċċa u l-insib f’Malta (ara appendiċi 1), bil-varjetajiet lingwistiċi infilsati fiha u b’mistoqsijiet marbuta mas-suġġett, biex il-parteċipanti ma jkollhomx ħjiel tal-varjanti li qed nanalizza, b’hekk, kemm jista’ jkun, jitkellmu b’Malti li jużaw ta’ kuljum. Għal faċilità u l-prattiċità tal-qarrej, apparti ttabelli bil-persentaġġi (dawk tal-istudju pilota jinsabu f’appendiċi 3 u dawk tal-attwali f’appendiċi 4), qed nippreżenta wkoll figuri, li juru l-ikbar u l-inqas kuntrasti filpronunzja, f’relazzjoni mal-varjabbli soċjolingwistika partikulari. F’kapitlu sebgħa nagħti għadd ta’ raġunijiet possibbli, ta’ natura differenti, dwar dan il-fenomenu lingwistiku u r-riżultati attwali. Minkejja li fil-bidu nagħti ħarsa dijakronika qasira, din it-teżi tittratta s-sitwazzjoni attwali tar-realizzazzjonijiet bl-ħ mtennija [ħ:] u, għaldaqstant, nagħlaq b’ħarsa sinkronika billi nispjega l-bidla li qed iġarrab il-Malti, il-pożizzjoni li qiegħed fiha, id-direzzjoni li jista’ jieħu u, fl-aħħar u mhux l-inqas, ma jonqsux ftit tas-suġġerimenti għat-tisħiħ ta’ ilsienna.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4170
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL026.pdf
  Restricted Access
5.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.