Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/44456
Title: Il-glorja tat-Tabor
Authors: Magro, Nikola
Keywords: Tabor, Mount (Israel)
Jesus Christ -- Transfiguration
Issue Date: 1959
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Magro, N. (1959). Il-glorja tat-Tabor. Lehen l-Art Imqaddsa, 5(3), 65.
Abstract: Fiz-zerniq ta' ghodwa diefja, u fis-sirga tahraq ta' nofs inhar, u fil-ghabex biered ta' fil-ghaxija, it-Tabor huwa dejjem il-Gholja ta' seher u ta' gmiel, Ii jpaxxi l-ghajnejn u jerfa' 'I fuq il-qalb tal-bniedem. Mill-wetgha ta' Esdrelon jirtefa' 'I fuq 'il fuq; lejn sema izraq, ghal aktar minn seba' mitt qama, donnu artal mahluq mill-Mulej, Ii jistieden lill-bnedmin biex jiddulu l-qima ta' qalbhom. U fuq il-quccata tieghu, fil-misrah Ii jinfirex ghal medda kbira, ruh il-bniedem thossha tehfief u donnha trabbi l-gwienah u tittajjar ghal hajja fuqana, tfittex Ii tinghaqad ma' Dak Ii halaqha. Oh x'dekra ta' bil-haqq Ii tisraq il-qalb u ggieghel Iil min jistqarr il-kobor tal-Mulej fil-hulqien . Minn fuq dik il-firxa thaddar, imbaghad, harstek taqa' 'l isfel ma' dwar il-gholja u dlonk tilmah tahtek mifruxa l-ibliet tal-Vangelju: Kana, Nazzaret, Kafar-Nahum u ftit 'il hemm ir-rahal ta' Najm u aktar il-boghod, il-wetgha ta' Samarija. In-naha tax-Xerq tara quddiemek l-igbla ta' Libnan ihaddru u tal-Hermon, ibajjdu bis-silg ta' fuqhom, u aktar qrib, tleqq bhal fidda x-xmara tal-Gurdan.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/44456
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 03 : Lulju-Settembru : 1959
Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 03 : Lulju-Settembru : 1959

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-glorja_tat-Tabor_1959.pdf4.56 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.